Bormla saret parroċċa fis-sena 1586 u l-knisja, iddedikata lit-Tnissil bla Tebgħa tal-Verġni Marija, hi knisja kolleġġjata mis-sena 1822. Il-kwadru titulari ġie nkurunat mill-Kardinal Ferrata fis-sena 1905 u, ħamsin sena wara, il-Kardinal Tedeschini żejnu b’stellarju tad-deheb.
Numru ta’ Parruċċani: 5, 657
Numru ta’ Familji: 1,600
Knisja Kolleġġjata Arċipretali Tal-Kunċizzjoni
Data tad-dedikazzjoni: 25 ta’ Mejju, 1732
Arċipriet
Kan. Anton Cassar
Uffiċċju Parrokkjali
65, Triq il-Gendus, Bormla BML 1025
Ħinijiet tal-Uffiċċju
It-Tlieta: 10:30 – 11:30 a.m.
Il-Ħamis: 5:30 – 7:00 p.m.
Telefon
2182 8413
Websajt
Kolleġjata Marija Immakulata Bormla
Imejl
parrocca.bormla@maltadiocese.org
Presbiterju Parrokkjali
Kan. Anton Cassar – Arċipriet
Kan. Ruben Vella – Viċi Arċipriet
Kan. Joe Abela – Kantur
Kan. Jesmond Manicaro – Dekan
Saċerdot ieħor residenti fil-Parroċċa
Dun Joe Henry Abela
Kunsill Pastorali Parrokkjali
President: Kan. Anton Cassar – Arċipriet
Chairperson: Ms Sylvana Attard
Segretarju: Vakanti
Kunsill Ekonomiku Parrokkjali
President: Kan. Anton Cassar, Arċipriet
Chairperson: Sur Kelsey Ferriggi
Segretarja: Sra Gretel Busuttil
Membri: Sna Osanna Causon u Sur Conrad Busuttil.
Quddies
Ħdud u Festi: 6.45, 9.15, 11.45 am, 5.00 pm
Sibtijiet Filgħaxija: 4.45, 6.00 pm
Ġranet Ferjali: 6.45, 8.30 am, 6.00 pm
Knejjes Filjali
Knisja ta’ San Pawl
Il-knisja nbniet fl-1741 flok knisja oħra li kienet inbniet fl-1590. Fil-knisja jistgħu jsiru ż-żwiġijiet.
Fil-knisja jkun hemm kuljum l-Adorazzjoni Perpetwa mis-7.30 am sat-8.00 pm
Rettur
Kan. Anton Cassar – Arċipriet
Quddies
Ħdud u Festi: 8:15 am
Sibtijiet: 5:30 pm
Ferjali: 7:15 am
Kappella San Tumas
Rettur
Kan. Anton Cassar – Arċipriet
Ċentru Pastorali Sagra Familja
Fid-Domus isir il-katekiżmu għat-tfal u attivita’ pastorali għall-adolexxenti, żgħażagħ u adulti, inklużi koppji u anzjani.
Rettur
Kan. Anton Cassar – Arċipriet
Konservatorju ta’ San Ġużepp
Quddies
Ħdud u Festi: 9:30 am
Knejjes u Kappelli Tar-Reliġjużi
Kappella tas-Sorijiet Ursolini
Is-Sorijiet Orsolini bdew jibnu l-kunvent tagħhom f’Bormla fl-1952 u sentejn wara bdew il-ħidma tagħhom ta’ ħarsien u ta’ edukazzjoni tat-tfal.
Kappella tas-Sorijiet Franġiskani
Is-Sorijiet Franġiskani marru Bormla fl-1889 biex hemm jiftħu skola. Il-kunvent u l-iskola ġew meqruda għal kollox fil-gwerra, iżda reġgħu bnewha biex ikunu jistgħu jkomplu l-missjoni tagħhom ta’ tagħlim u edukazzjoni tat-tfal.
Quddies
Ħdud u Festi u Ġranet Ferjali: 7:15 am
Monasteru Santa Margerita
Il-monasteru twaqqaf fl-1726 bħala orfanatrofju minn żewġ saċerdoti, megħjunin minn sinjura li flimkien ma’ xi nisa oħra kienu jieħdu ħsieb l-orfanatrofju u jgħixu flimkien ħajja ta’ reliġjużi bħala Terzjarji Tereżjani, iżda l-Granmastru deherlu li kellhom jgħixu bħala Klawstrali, u fl-1739 sbatax-il soru ħadu l-abitu tat-tieni Ordni Tereżjan mill-Isqof Alpheran.
Dedikazzjoni tal-knisja 28 ta’ Ottubru 1787
Rettur
Il-Patrijiet Terezjani
Telefon
2182 0558
Quddies
Ħdud u Festi u Ġranet Ferjali: 7.15 am
Knisja ta’ Santa Tereża
Il-knisja u l-kunvent tat-Tereżjani f’Bormla nbnew fl-1625 u għal żmien twil kien l-uniku kunvent li kellhom it-Tereżjani f’Malta.
Data tad-Dedikazzjoni 18 ta’ Marzu 1797
Rettur
Pirjol Patri Juan Debono OCD
Telefon
2182 6111
Quddies
Ħdud u Festi: 7:15, 8:45, 10:15 am, 4:15 pm
Sibtijiet Filgħaxija: 6:30 pm
Ġranet Ferjali: 6:15, 8:00 am, 6:30 pm
Kappella tal-Adorazzjoni
Knisja ta’ San Pawl
Indirizz:
Triq San Pawl, Bormla
Ħinijiet tal-Ftuħ:
Mit-Tnejn sal-Ġimgħa: 7:30 am-8:00 pm
Sibtijiet: 7:30 am-12:00 pm