Fl-1952, il-patrijiet Dumnikani, bit-tħabrik tal-provinċjal tagħhom ta’ dak iz-zmien, P. Esmond Klimeck, bnew is-Santwarju tal-Madonna ta’ Fatima, fi Gwardamanġa, biex ikun iċ-Ċentru tal-Kruċjata tar-Ruzarju. Is-Santwarju nfetaħ fis-sena 1955 u fl-1968 sar knisja parrokkjali.
Numru ta’ Parruċċani: 3,000
Numru ta’ Familji: 900
Knisja Parrokkjali Tal-Madonna Ta’ Fatima
Data tad-dedikazzjoni: 29 ta’ Mejju 1978
Kappillan
P. Vince Micallef OP
Uffiċċju Parrokkjali
Santwarju ta’ Fatima
49, Triq Santa Monika
Gwardamanġa PTA 3111
Ħinijiet tal-Uffiċċju
It-Tnejn u s-Sibt:
9:30 – 11:00 am
It-Tnejn u L-Erbgħa:
5:00 – 7:00 pm
Telefon
Uffiċċju: 21220050
Kunvent: 21233620
parrocca.guardamangia@maltadiocese.org
Website
Presbiterju Parrokkjali
Rev. Vince Micallef OP Kappillan u Pirjol
Rev. Ġiġi Sapiano OP, Viċi
Rev. Reginald Borg OP
Rev. Daniel Bonello OP
Rev. Mark Montebello OP
Rev. Joseph Vassallo OP
Kunsill Pastorali Parrokkjali
President: P. Vince Micallef OP Kappillan
Moderatur: Sur Ramon Borg
Segretarja: Ms Pauline Grech
Kunsill Ekonomiku Parrokkjali
President: P. Vince Micallef OP, Kappillan
Segretarju: Mr Larry Friggieri
Membru: Mr Frans Polidano
Quddies
Ħdud u Festi: 8:00, 10:00, 12:00 am, 6:00 pm
Sibtijiet Filgħaxija: 6:00 pm
Ġranet Ferjali: 7:00am, 9:00 am, 6:30 pm
Knejjes Filjali
Knisja tad-Duluri
Il-Knisja nbniet fl-1590 fil-post fejn kien hemm ċimiterju tal-mejtin bil-pesta. Fl-1617 ħdejn il-knisja nbena kunvent zghir ta’ l-Agostinjani li marru joqogħdu fih fl-1652, izda ma damux wisq hemm. Fl-1721 il-knisja saret viċi-parroċċa ta’ San Pawl tal-Belt għan-nies li kienu joqogħdu fix-xatt tal-Pieta’, izda ma baqgħetx aktar viċi-parroċċa fl-1740 meta viċi-parroċċa saret il-knisja ta’ San Pubblju fil-Furjana. Mis-sena 1974 is-Sorijiet Franġiskani tal-Qalb ta’ Ġesu’ ħadu f’idejhom il-kunvent u bdew jieħdu ħsieb il-knisja.
Quddies
Ħdud u Festi: 7:00 am
Sibtijiet Filgħaxija: 5:00 pm
Ġranet Ferjali: 7:00 am
Kunvent ta’ San Tumas ta’ Villanova
L-iskola li l-Agostinjani kienu fetħu f’Ħal Tarxien tant ċkienet li nħasset il-ħtieġa li jkollha post akbar u għalhekk ġiet trasferita f’xi vilel u djar li l-patrijiet kisbu f’Tal-Pieta; dan ġara fl-1965. Sena wara beda l-bini ta’ kulleġġ ġdid, li nfetaħ fl-1972. Mal-Kulleġġ inbena wkoll kunvent, li hu ċ-Ċentru għall-Vokazzjonijiet Agostinjani. Il-kappella privata tal-kunvent hi ddedikata lil San Tumas ta’ Villanova, waqt li l-kappella tal-kulleġġ li tintuza biss mit-tfal ta’ l-iskola hi ddedikata lil Santu Wistin.
Knisja tal-Madonna ta’ Loreto
Il-knisja tagħmel mal-kunvent tas-Sorijiet Orsolini; infetħet fl-1938 u fiha jistgħu jsiru ż-Żwiġijiet. Jieħdu ħsiebha l-Patrijiet Dumnikani ta’ Gwardamanġa.
Quddies
Ħdud u Festi 7:00, 8:00 am
Ġranet Ferjali: 6:30 am
Kappella tal-Adorazzjoni
Kappella Ġesù Ewkaristija
Indirizz:
Triq Santa Monika, G’Mangia
Ħinijiet tal-ftuħ:
24 siegħa