Ir-raħal ta’ Ħal Balzan sar parroċċa fl-14 ta’ Awwissu 1655, u l-knisja l-qadima tal-Lunzjata saret il-knisja parrokkjali. Erbatax-il sena wara, f’Diċembru 1669, beda l-bini tal-knisja ta’ llum u dam sejjer sa l-1695. Erba’ snin wara t-tqegħid ta’ l-ewwel ġebla, il-korsija tal-knisja tlestiet u bdiet isservi bħala knisja parrokkjali.
Numru ta’ Parruċċani: 3,900
Numru ta’ Familji: 1,500
Knisja Parrokkjali tal-Lunzjata
Data tad-Dedikazzjoni: 7 ta’ Ottubru 1781
Kappillan
Mons. Karm Farrugia
Uffiċċju Parrokkjali
216, Triq il-Kbira,
Ħal Balzan BZN 1252
Ħinijiet tal-Uffiċċju
It-Tnejn:
9.00 – 11.00 am
L-Erbgħa u l-Ġimgħa:
4.00 – 6.00 pm
Website
Parroċċa Balzan – Balzan Parish
parrocca.balzan@maltadiocese.org
Telefon
2144 2614 Uffiċċju
2144 8333 Knisja
Presbiterju Parrokkjali
Mons. Karm Farrugia, Kappillan
Mons. Joe Galea Curmi
Kan. Noel Borg
Saċerdoti oħra residenti fil-parroċċa
Mons. Prof. Vincent Borg
Mons. Salvinu Micallef
Dun Blake Camilleri
Fid-Dar tal-Kleru
Dun Pawl Gauci
Dun Ġużepp Sultana
Kunsill Pastorali Parrokkjali
Moderatur: Ms Angele Cassar
Segretarju: Ms Josephine Felice Pace
Kunsill Ekonomiku Parrokkjali
President: Mons. Karm Farrugia, Kappillan
Segretarju: Sur Alfred Falzon
Membri: Sur Paul Xuereb u Sur Salvu Muscat
Quddies
Ħdud u Festi: 7.30, 8.30, 9.30, 11.30 am u 5.30 pm
Sibtijiet Filgħaxija: 5.15 u 6.30 pm
Ġranet ferjali: 7.15, 8.30 am, 6.30 pm
Knejjes Filjali
Knisja ta’ Santu r-Rokku
Il-knisja nbniet fis-sena 1593 bħala wegħda għall-ħelsien tar-raħal mill-flaġell tal-pesta.
Knisja l-qadima tal-Lunzjata
Din il-knisja tinsab fit-Triq tat-Tliet Knejjes, nbniet erba’ mitt sena ilu u għadha sa llum fl-istess stat ta’ meta nbiet; serviet bħala l-ewwel knisja parrokkjali mis-sena 1655 sas-sena 1693. Fiha ssir Quddiesa fil-25 ta’ Marzu fil-Festa Liturġika ta’ l-Annunzjata.
Knisja ta’ Santa Marija
Fl-imgħoddi kien hemm żewġ knejjes fejn illum hemm din il-knisja: l-ewwel knisja kienet nbniet fis-seklu XIV u t-tieni ġiet imbierka fl-10 ta’ Marzu 1675; il-knisja li hemm illum inbniet fl-1846. Quddiem il-knisja hemm statwa ta’ Santa Marija; il-knisja kienet tintuża biex fiha jinżamm l-armar tal-festa.
F’din il-Knisja jkun hemm Adorazzjoni kuljum 6.00 am – 9.00 pm
Kappelli tar-Religjuzi
Kappella tas-Sorijiet tar-Ragħaj it-Tajjeb
Is-sorijiet tar-Ragħaj it-Tajjeb, jew tal-Bon Pastur kif huma aktar magħrufin, ġew Malta fl-1858, iżda l-kunvent li għandhom illum u li fih tinsab il-kappella nbena fl-1860.
Quddies
Ħdud u Festi: 9.00 am
Ġranet Ferjali: 7.45 am
Kappella tas-Sorijiet Frangiskani Missjunarji ta’ Marija
Is-sorijiet Franġiskani ta’ Marija ġew Malta fl-1911 u fetħu l-ewwel kunvent tagħhom f’Ħal-Balzan; fil-kappella jistgħu jsiru żwiġijiet.
Quddies
Ħdud u Festi: 8.30 am
Ġranet Ferjali: 7.00 am
Kappelli tal-Adorazzjoni
Kappella tas-Sorijiet Frangiskani Missjunarji ta’ Marija
Indirizz:
55, Villa Maria Annunzjata,
Birbal Street Balzan
Ħinijiet tal-Ftuħ:
Mit-Tnejn sas-Sibt: 9.00 – 12.00 am; 5.00 – 6.00 pm
Ħdud: 9.00 – 12.00 pm
Kappella ta’ Santa Marija
Indirizz:
Triq il-Kbira Ħal Balzan
Ħinijiet tal-ftuħ:
Mit-Tnejn sal-Ġimgħa: 6am-9pm
Sibtijiet: 6am-12pm