-
Ir-raħal ta’ Ħal Lija sar parroċċa fis-6 ta’ Frar 1594 u mitt sena wara beda l-bini tal-knisja tas-Salvatur li hemm illum; il-knisja ġiet konsagrata mill-Isqof Labini fil-25 ta’ Lulju 1782.
-
Numru ta’ Parruċċani: 3,150
Numru ta’ Familji: 1,150
-
Knisja Parrokkjali Tas-Salvatur
Data tad-dedikazzjoni 25 ta’ Lulju 1782
-
Kappillan
Kan. Joseph Cilia
-
Uffiċċju Parrokkjali
47, Misraħ it-Trasfigurazzjoni
Ħal Lija, LJA 1050
-
Ħinijiet tal-uffiċċju
It-Tnejn: 9.00am sal-10.00 am u 4.30pm sal-5.30pm
Il-Ġimgħa: 4.30pm sal-5.30pm
Is-Sibt: 8.30am sal-10.00am
-
Telefon
21442553
-
Website
-
Facebook
-
Presbiterju Parrokkjali
Kan. Dun Joseph Cilia, Kappillan
Mons Mosè Borg
Mons Ġużepp Fenech
-
Saċerdoti oħra residenti fil-parroċċa
Dun Ġorġ Mangion
Mons. Alfred Xuereb
Kunsill Pastorali Parrokkjali
President: Dun Joseph Cilia, Kappillan
Moderatur: Sur Sunny Portelli
Kunsill Ekonomiku Parrokkjali
President: Dun Joseph Cilia, Kappillan
Segretarju: Mons. Ġuzepp Fenech
Membri: Mrs Helen Cini
-
Quddies
Ħdud u Festi: 07.00, 08.00, 09.30, 11.00am; 05.30pm
Is-Sibt Filgħaxija: 06.30pm
Ġranet Ferjali: 06.00, 07.00, 08.30 am, 06.30pm
-
Knejjes Filjali
-
Knisja tal-Madonna tal-Mirakli
Il-knisja li tinsab fil-periferija ta’ Ħal-Lija, fit-triq li minn Ħ’Attard tieħu għall-Mosta, hi santwarju meqjum u magħruf ħafna. Il-knisja kif inhi lllum inbniet fl-1664 u ġiet konsagrata fl-1787; fiha hi meqjuma xbieha tal-Madonna li skond tradizzjoni qattret demgħa minn għajnejha dak in-nhar li terremot heżheż lil Malta. Fil-knisja jistgħu jsiru ż-żwiġijiet.
Data tad-dedikazzjoni:
23 ta’ Diċembru 1787
-
Rettur
Mons. Alex Cordina
-
Indirizz
Kappella Madonna tal-Mirakli
Triq Annibale Preca,
Lija, LJA 1911
21437282 Telefon tal-Knisja
21442553 għal bookings
-
Quddies
Ħdud u Festi: 08.15, 09.30am
Mit-Tnejn sa s-Sibt: 05.30pm
-
Knisja tas-Salvatur il-Qadim
Din il-knisja kienet il-knisja parrokkjali qabel nbniet il-knisja li hemm illum; issa qed tintuża għall-wirjiet reliġjużi; fiha ssir Quddiesa nhar il-festa tat-titular.
-
Knisja ta’ San Andrija
Din kienet l-ewwel knisja li nbniet f’Ħal Lija; reġgħet inbniet fl-1624 u llum tintuża għal-laqgħat taż-żgħażagħ.
-
Knisja ta’ Santa Marija
Il-knisja nbniet fl-1569 u reġgħet inbniet mitt sena wara; illum tinfetaħ mit-Tnejn sal-Ġimgħa bejn it-08.00 am u t-08.00 pm għal adorazzjoni ewkaristika.
-
Knisja tal-Vitorja
Il-knisja nbniet fl-1600: illum qed tinżamm magħluqa.
-
Knisja ta’ San Pietru
Din il-knisja nbniet fil-bidu tas-Seklu Sittax. Fis-16 ta’ Ottubru 1916 l-Arċisqof għaddieha lis-Sorijiet Dumnikani meta dawn fetħu l-ewwel dar tagħhom f’Malta.
-
Quddies
Kuljum: 6.30 am
-
Knisja tal-Kunċizzjoni
Hi knisja patronali ta’ ġuspatronat; inbniet fl-1647.
-
Kappella tal-Adorazzjoni
Kappella ta’ Santa Marija
Indirizz
St Andrew’s Street, Lija
Ħinijiet tal-Ftuħ
Mit-Tnejn sal-Ġimgħa: 8.00am – 8.00pm
Minħabba r-restrizzjonijiet marbutin mal-COVID-19, il-ħinijiet tal-quddiesa nbidlu
Agħfas hawn biex tara l-ħinijiet il-ġodda
Agħfas hawn biex tara l-ħinijiet il-ġodda