-
Fl-1497 f’Ħal Luqa ġa kien hemm kappella dedikata lil Sant’ Andrija. Flok din il-kappella. Fis-snin bejn l-1539 u l-1542 inbniet knisja li mbagħad saret parroċċa fil-15 ta’ Mejju 1634. Ftit wara, bit-tħabrik ta’ l-ewwel Kappillan, inbniet knisja ġdida li tlestiet fl-1686. Bejn is-snin 1693 u 1737 inbena kor ġdid u faċċata ġdida b’żewg kampnari, u fis-7 ta’ Diċembru 1783 il-knisja ġiet ikkonsagrata mill-Isqof Labini. Bejn is-snin 1901 u 1910 żdidulha n-navi, iżda mbagħad fid-9 ta’ April 1942 il-knisja ġġarfet bil-bombi u nbniet mill-ġdid ikbar u isbaħ bejn is-snin 1945 u 1954 u ġiet konsagrata mill-Arċisqof Mikiel Gonzi fis-26 ta’ Settembru 1962.
-
Numru Ta’ Parruċċani: 5,600
Numru Tal-Familji: 1,550
-
Knisja Parrokkjali Ta’ Sant’ Andrija
Data tad-Dedikazzjoni: 7 ta’ Diċembru 1783
Reġgħet ġiet dedikata: 26 ta’ Settembru 1962
-
Kappillan
Kan. Michael Zammit
-
Uffiċċju Parrokkjali
2 Misraħ tal-Knisja
Ħal Luqa LQA 1700
-
Ħinijiet tal-Uffiċċju
Mit-Tnejn sal-Ġimgħa
4.30 – 5.45 pm
It-Tlieta
9.00 – 11.00 am
-
Telefon
21 809 310
-
-
Website
-
Facebook
-
Presbiterju Parrokkjali
Kan. Michael Zammit, Kappillan
Dun Renè Camilleri
Dun Franco Fenech -
Kunsill Pastorali Parrokkjali
- President Sur Martin Lanzon
- Segretarja Sinjura Wilhelmina Scicluna
- PRO Sinjura Marlene Cini
-
Quddies
Ħdud u Festi: 7.00, 8.30, 10.30 am; 5.30pm
Sibtijiet Filgħaxija: 6.30pm
Ġranet Ferjali: 7.00, 7.45am; 6.00pm (xitwa), 6.30pm (sajf)
-
Knejjes u Kappelli Filjali
-
Knisja tal-Madonna tal-Karmnu
Il-knisja nbniet l-ewwel darba fl-1784 u reġgħet inbniet fl-1848. Inħattet mill-Ingliżi biex tagħmel wisa’ għall-mitjar li kellu jitkabbar. Inbniet mill-ġdid bl-istess titlu bħala parti miċ-Ċentru Parrokjali.
-
Kappella ta’ San Ġakbu
Il-knisja nbniet fl-1550 u nbniet mill-ġdid fl-1623. Dan l-aħħar il-knisja ġiet restawrata.
-
Kappella ta’ Santa Marija tal-Ftajjar
Il-kappella nbniet fil-bidu tas-seklu ħmistax u reġgħet inbniet fl-1613. Tintuża għall-Adorazzjoni Ewkaristika Perpetwa.
-
Rettur
Il-Kappillan
-
Kappella tal-Vitorja f’Ħal Farruġ
Ħal Farruġ kien jifforma parti mill-Parroċċa ta’ Bir Miftuħ u sar parti mill-Parroċċa ta’ Ħal Luqa fl-1643. Il-Kappella tal-Vitorja f’Ħal Farruġ, hi waħda mill-ħafna knejjes żgħar li dari kien hemm f’dawk l-inħawi. Inbniet fl-aħħar snin tas-seklu ħmistax iżda nħattet mill-Ingliżi biex tagħmel wisa’ għat-tkabbir tal-mitjar. Fl-1992, bini eżistenti li kien hemm f’dawk l-inħawi li kien iservi bħala fabbrika tal-melħ inbidel f’kappella b’xi klassijiet għad-duttrina. Ġie inawgurat bħala Ċentru ta’ Ħidma Pastorali għar-residenti tal-inħawi.
-
Rettur
Dun Charles Cini
-
Quddies
Ħdud u Festi: 9.30am
Is-Sibt: 5.30pm
L-Ewwel Ġimgħa tax-xahar: 6.00pm
-
Residenza ta’ San Vinċenz
-
Tel
-
Kappella Qalb ta’ Ġesù
-
Quddies
Ħdud u Festi: 6.30 a.m., 10:00 a.m. u fil-12:15 p.m.
Mit-Tnejn sal-Ġimgħa: 6.30 a.m., 10.15 a.m.
Sibtijiet: 6.30 a.m., 10.15 a.m. u fis-6.00 p.m.
-
Kappella Rużar Briffa
-
Quddies
Mit-Tnejn sal-Ġimgħa u l-Ħadd: 9.30 a.m.
Sibtijiet: 9.30 a.m. u fis-6.30 p.m.
-
Kappella tal-Adorazzjoni
Kappella ta’ Santa Marija – Magħrufa bħala Tal-Ftajjar
Indirizz
Triq il-Karmnu, Ħal Luqa
Ħinijiet tal-Ftuħ
Ħdud u Festi: 7.00am till noon
Ġranet Ferjali: 7.00am till 7.00pm
L-informazzjoni disponibbli fuq din il-paġna mhix aġġornata.
Nitolbuk iżżur il-webiste il-ġdida tas-Segretarjat Parroċċi.
Nitolbuk iżżur il-webiste il-ġdida tas-Segretarjat Parroċċi.