-
Ħal Qormi hu wieħed mill-parroċċi li ġa kienu jeżistu fl-1436; għoxrin sena wara din id-data kienet inbniet knisja oħra bit-tħabrik tal-Kappillan Dun Gulju Lombardi u fl-1584 inbniet il-knisja li hemm illum; u fl-1684 inbniet il-Koppla ta’ Lorenzo Gafà.
Numru Ta’ Parruċċani: 10,000
Numru Ta’ Familji: 2,870
-
Knisja Arċipretali Ta’ San Ġorġ Martri
Data tad-dedikazzjoni 6 ta’ Mejju 1731
-
Arċipriet
Dun Mario Mangion
-
Uffiċċju Parrokkjali
95, Triq San Ġorġ,
Qormi QRM 1239
-
Ħinijiet tal-Uffiċċju
It-Tlieta:
9.00 – 11.00am
It-Tlieta Il-Ħamis u l-Ġimgħa:
5.00 – 7.00pm
-
Telefon
Uffiċċju: 21492997
Knisja: 21448275 -
Presbiterju Parrokkjali
Dun Mario Mangion, ArċiprietMons. Charles AttardDun Karm GrechDun Martin BrunoDun Dunstan XuerebDun Bernard Micallef -
Saċerdoti residenti fil-Parroċċa
Dun Lawrence Zammit -
Kunsill Pastorali Parrokkjali
President: Dun Mario Mangion, ArciprietModeratur: Sa Catherine SciberrasSegretarja: Sa Elaine Spiteri Barry -
Kunsill Ekonomiku Parrokkjali
President: Sur Joe ApapSegretarja: Dr Allison Mintoff -
Quddies
Ħdud u Festi: 6.00, 7.30, 9.00, 10.30 am, 5.00 pm
Sibtijiet Filgħaxija: 4.30 u 6.00 pm (sajf fil-5.00 u fis-6.00pm)
Ġranet Ferjali: 6.15, 7.30 am, 4.30 pm (xitwa) u 6.00 pm (sajf)
-
Knejjes Filjali
-
Knisja tal-Vitorja
Fil-vizta ta’ Mons. Dusina tissemma’ bhala knisja ta’ Santa Marija, izda ftit qabel l-1588 l-isem inbidel fi knisja tal-Vitorja. Fl-1656 l-isqof għalaqha minħabba l-kundizzjoni ħażina li fiha kienet tinsab, iżda nfetħet mill-ġdid kif inhi llum fl-1686.
-
Rettur
Dun Mario Mangion, Arċipriet
-
Quddies
Ħdud u Festi: 7.00 am
Ġranet Ferjali: 6.45 am
-
Kappella tas-Sagra Familja
-
Rettur
Dun Mario Mangion, Arċipriet
-
Quddies
Ħdud u Festi: 6.30 u 8.15 am
Sibtijiet Filgħaxija: 6.00 pm
Ġranet Ferjali: 7.45 am
-
Knisja tal-Madonna tal-Ħlas
Fil-post kien hemm knisja żgħira li kienet tiġbed id-devozzjoni tan-nies; flokha fl-1560 inbniet knisja oħra, iżda t-Teżorier ta’ l-Ordni ta’ San Ġwann, Fra Cristofo Mongodoin, flokha bena knisja oħra, dik li hemm illum, fl-1690.
-
Rettur
Dun Mario Mangion, Arċipriet
-
Quddies
Kull tielet Ħadd tax-xahar: 4.30 pm
-
Knisja ta’ San Pietru
Il-knisja nbniet fl-1656 flok ohra aktar antika; illum tkun miftuħa għall-Adorazzjoni Ewkaristika l-ġurnata kollha.
-
Knisja ta’ Santa Katerina
Il-knisja nbniet fl-1678 flok knisja aktar antika msemmija minn Mons. Dusina fir-rapport tiegħu fl-1576 : illum tinsab magħluqa.
-
Knisja tal-Lunzjata
Hi knisja żgħira li tmiss mal-knisja ta’ San Frangisk de Paola. Inbniet kemm-il darba, u l-aħħar darba li nbniet kien fl-1790. Din il-knisja jista’ jsir iż-żwieġ fiha.
-
Knisja ta’ San Frangisk de Paule
Il-knisja tinsab fil-qalba tar-raħal, mhux wisq ‘il bogħod mill-Knisja Arċipretali. Hija ta’ ġuspatronat lajkali rigward l-amministrazzjoni tal-ġid tagħha. Inbniet fis-sena 1707 minn Francesco Casha u ibnu Dun Ġorġ Casha wara li ġew awtorizzati b’digriet ta’ l-Isqof Davide Coccopalmieri tat- 22 ta’ Jannar 1707.
-
Knisja tal-Madonna ta’ Qrejċa
Inbniet fl-1650 flok knisja aktar antika fl-1575: fiha kienu jagħlaq il-pellegrinagg tas-seba’ Santamariji – illum hi magħluqa.
-
Knisja ta’ Santa Marija tal-Blat
Il-knisja imsemmija minn Mons. Dusina, reġgħet inbniet fl-1644: illum tintuża għat-tagħlim tad-duttrina.
-
Knisja tac-Ċimiterju tar-Riżurezzjoni
Il-kappella nbniet fl-1991 u kull nhar ta’ Tnejn fix-xahar ta’ Novembru ssir Quddiesa fl-10.00 am.
Ħal-Qormi hu waħda mill-parroċċi li ġa kienu jeżistu fl-1436; għoxrin sena wara din id-data kienet inbniet knisja oħra bit-tħabrik tal-Kappillan Dun Gulju Lombardi u fl-1584 inbniet il-knisja li hemm illum; u fl-1684 inbniet il-Koppla ta’ Lorenzo Gafà.
-
Kappella tal-Adorazzjoni
Kappella ta’ San Pietru
Indirizz
Triq Santa Katerina, QormiĦinijiet tal-Ftuħ
6.00 am – 8.00pm (xitwa)
6.00 am – 9.00pm (sajf)
Minħabba r-restrizzjonijiet marbutin mal-COVID-19, il-ħinijiet tal-quddiesa nbidlu
Agħfas hawn biex tara l-ħinijiet il-ġodda
Agħfas hawn biex tara l-ħinijiet il-ġodda