-
Il-qima lejn il-Madonna tal-Grazzja hija antika ħafna u s-Santwarju tagħha kien u għadu ċentru ta’ pellegrinaġġi. Ħaż-Żabbar sar parroċċa fl-10 ta’ Jannar 1616. Is-Santwarju li hemm illum, mibni fuq pjanta ta’ Tumas Dingli, inbeda fl-1641 u tlesta madwar l-1696. Fl-1738 inbidlet il-faċċata u telgħet dik li hemm illum fuq disinn ta’ Ġanni Bonavia. Ix-xbieha titulari, xogħol il-pittur Malti Alessio Erardi, saret fl-1715 u ġiet inkurunata mill-Arċisqof Mikiel Gonzi fl-1951 u fl-2001 tpoġġa stellarju minn Mons. Arċisqof Ġużeppi Mercieca.
Numru ta’ Parruċċani: 17,000
Numru ta’ Familji: 5,300
-
Knisja Parrokkjali tal-Madonna tal-Grazzja
Data tad-dedikazzjoni 31 ta’ Ottubru 1784
-
Kappillan
Kan. Evan Caruana
-
Uffiċċju Parrokkjali
Triq is-Santwarju
Ħaż-Żabbar
ŻBR 1013
-
Telefon
2182 4383
-
Ħinijiet tal-Uffiċċju
It-Tlieta u l-Ġimgħa:
9.30 – 11.00am
It-Tnejn u l-Erbgħa:
5.00 – 7.00pm
-
Presbiterju Parrokkjali
- Kan Evan Caruana, Arċipriet
- Dun Ġuzepp Farrugia, Viċi-Parroku
- Dun Joseph Ellul, Viċi-Parroku
- Dun Faustino Ellul (Rettur Zona S.Andrija)
- Dun Colin Apap (Rettur Zona Xgħajra)
- Dun Paul Fenech
- Dun Joe Galea
- Dun Ġuzepp Sultana
- Dun Stephen Attard
-
Kunsill Pastorali Parrokkjali
President: Kan Evan Caruana, Arċipriet
Moderatur: Sur Silvan Spagnol
Segretarja: Ms Catherine Ordway -
Kunsill Ekonomiku Parrokkjali
President: Kan Evan Caruana, Arċipriet
Membri: Michael Xuereb, Reuben Pullicino, Paul Magro -
Quddies
Sibtijiet Filgħaxija: 5.00pm, 06.15pm
Ħdud u Festi: 6.00, 7.15, 8.30, 10.15, 11.30 am; 5.30pm
Ġranet Ferjali: 6.00, 7.15, 8.30 am; 6.00pm (Xitwa), 6.30pm (Sajf)
-
Knejjes Oħra
-
Knisja ta’ Santa Marija
Din il-knisja tissejjaħ ukoll “ta’ l-indirizz” u hi l-unika waħda f’Malta b’dan it-titlu. Inbniet fis-seklu sbatax minflok oħra aktar qadima. Matul l-imblokk tal-Franċiżi ntużat flok il-knisja parrokkjali billi din kienet ġarrbet ħsarat. Illum barra l-Quddies isir fiha wkoll it-tagħlim tal-katekiżmu.
-
Quddies
Kuljum minbarra t-Tnejn: 7.00am
Rettur: L-Arċipriet
-
Ċentru Marija Bambina
Iċ-Ċentru twaqqaf għat-tagħlim tal-katekiżmu u għal Quddies f’xi ġranet tal-ġimgħa.
-
Quddies
Ħdud u Festi: 9.00 am
Nhar ta’ Ħamis: 6.00pm (xitwa); 6.30pm (sajf)
Rettur: L-Arċipriet
-
Knisja tal-Madonna tal-Ħniena
Din il-Knisja tinsab fiċ-ċimiterju li beda jintuża fl-1676 u sservi għal funzjonijiet funebri u Quddies ieħor.
Quddies
Nhar ta’ Tnejn: 4.30 pm
Rettur: L-arċipriet
-
Knisja tal-Lunzjata
Il-Knisja li hemm illum inbniet fl-1861 fil-post fejn fl-1610 kien hemm kappella; illum tintuża mill-komunitajiet tal-Mixja Neokatekumenali.
Rettur: L-arċipriet
-
Knisja ta’ San Nikola
Inbniet f’nofs is-Seklu Sittax u ngħalqet mill-Isqof Balaguer fl-1660, iżda reġgħet infetħet aktar tard. Matul it-Tieni Gwerra Dinjija ġarrbet xi ħsarat. Illum tintuża minn gruppi ta’ talb.
-
Knisja ta’ Santa Duminka
Inbniet fl-1954 minflok oħra mibnija fis-Seklu Sittax u li ġarrbet ħsarat liema bħalhom matul it-Tieni Gwerra Dinjija. Il-kappella l-antika kienet ta’ stil Sikulo-Normann, u kienet imżejna b’affreski mill-isbaħ. L-affresk ewlieni ġie salvat u llum jinsab fil-Mużew tas-Santwarju.
-
Il-Knisja tal-Madonna tal-Plier
Din il-Knisja, illum magħluqa, taf il-bidu tagħha lil Ġużeppi Testaferrata, li fl-1585 beda jħallas għall-festa. Il-Knisja tinsab f’ċentru ta’ qasam ta’ djar imsejjaħ “tal-Plier” li nbena ftit żmien ilu.
-
Il-Knisja tal-Madonna tal-Ward (Sorijiet Ursolini)
Dil-Knisja hija parti mill-Kunvent tas-Sorijiet Ursolini; inbniet bejn l-1983 u l-1986.
-
Telefon
2180 3974
-
Knsija ta’ Sant’Andrija
Din il-Knisja tinsab biswit il-Knisja ta’ Santa Duminka u nbniet fis-Seklu Ħmistax. Kienet isservi għall-ħtiġijiet spiritwali għan-nies ta’ l-inħawi li joqogħdu ‘l bogħod mill-parroċċa. Illum hija Ċentru ta’ l-Iscouts.
-
Knisja tas-Salib Imqaddes
Hi knisja li ġiet imbierka fit-3 ta’ April ta’ l-1993 biex taqdi l-ħtiġijiet pastorali tan-nies ta’ l-inħawi. Magħha hemm iċ-Ċentru Pastorali San Andrija li jintuża għat-tagħlim tal-katekiżmu.
-
Telefon
2167 3249
-
Quddies
Ħdud u Festi: 8.00 am
Sibtijiet Filgħaxija: 5.30 pm (xitwa); 6.00 pm (sajf)
Ġranet Ferjali: It-Tnejn, l-Erbgħa u l-Ġimgħa: 8.30 am
It-Tlieta u l-Ħamis: 6.00 pm (xitwa); 6.30 pm (sajf)
-
Knisja ta’ San Ġakbu (Xgħajra)
Il-knisja nbniet fl-1933 għan-nies tax-Xgħajra li qabel kien ikollhom jitilgħu Ħaż-Żabbar biex jaqdu d-dmirijiet reliġjużi tagħhom.
-
Telefon
2169 0241
-
Quddies
Ħdud u Festi: 11.00am u 6.00pm
Sibtijiet Filgħaxija: 6.00pm
It-Tnejn, l-Erbgħa u l- Ġimgħa: 6.00pm
It-Tlieta u l-Ħamis: 8.30am
-
Knisja ta’ San Ġużepp
Din il-knisja hi parti mill-kunvent ta’ San Ġużepp tas-Sorijiet Dumnikani u taqdi l-ħtiġijiet pastorali tan-nies fil-qasam tal-Gvern.
-
Telefon
2182 4740
-
Quddies
Ħdud u Festi: 7.00am
Ġranet Ferjali: 7.00am
-
Ċentru Pastorali Nazaret
-
Quddies
Ħdud u festi: 8.30am
Nhar il-Ġimgħa: 6.00pm
-
Kappella tal-Adorazzjoni
Kappella tal-Lunzjata
Indirizz:
Main Street Żabbar
Ħinijiet:
7.00am – 7.00pm
Kappella tal-Kelma (Tal-Plier)
Indirizz:
Triq Santa Marija, Żabbar
Ħinijiet tal-Ftuħ:
Mit-Tnejn sas-Sibt: 7.00am – 5.00pm
Minħabba r-restrizzjonijiet marbutin mal-COVID-19, il-ħinijiet tal-quddiesa nbidlu
Agħfas hawn biex tara l-ħinijiet il-ġodda
Agħfas hawn biex tara l-ħinijiet il-ġodda