Minħabba r-restrizzjonijiet marbutin mal-COVID-19, il-ħinijiet tal-quddiesa nbidlu
Agħfas hawn biex tara l-ħinijiet il-ġodda

Ħaż-Żebbuġ

Ħaż-Żebbuġ ilu parroċċa minn qabel is-sena 1436. Il-knisja li hemm illum bdiet tinbena fis-sena 1632 u ftit wara tkabbret kif inhi llum fuq disinn ta’ Tommaso Dingli. Saret Arċipretali fis-sena 1829.

Numru ta’ Parruċċani: 12,200

Numru ta’ Familji: 3,850

Knisja Arċipretali ta’ San Filep ta’ Aġira

Data tad-dedikazzjoni: 13 ta’ Mejju 1729

Arċipriet

Dun Daniel Cardona

Uffiċċju Parrokkjali

Dar San Ġużepp,
Misraħ l-Isptar,
Ħaż-Żebbuġ

Ħinijiet tal-Uffiċċju

It-Tlieta

9:30 – 11:30 am

Il-Ġimgħa

4:30 – 6:00pm

Telefon

2146 0800 Uffiċċju

79729252 Dar

E mail

parrocca.zebbug@maltadiocese.org

Website

www.parroccazebbug.com

Facebook

Il-Parroċċa ta’ Ħaż Żebbuġ

Presbiterju Parrokkjali

Dun Daniel Cardona, Arċipriet

Dun Mario Sammut, Viċi Arċipriet

Dun Reuben Vella, Viċi Arċipriet

Dun Jesmond Grech

Dun Joe Bugeja

Dun Dr. Salvatore Chircop

Dun Alfred Agius SDB

Mons Vincent Cachia

Saċerdoti  residenti fil-Paroċċa

Dun Stefan Bonanno

Kunsill Pastorali Parrokkjali

President: Dun Daniel Cardona, Arċipriet
Moderatur: Dr Tonio Galea
Segretarja: Sinjura Josephine Galea

Kunsill Ekonomiku Parrokkjali

President: Dun Daniel Cardona, Arċipriet
Segretarju: Sur Alexander Gatt

Quddies

Ħdud u Festi: 6:00, 7:00, 8:00, 9:30, 11:00 am; 5:30pm; 7:00pm

Sibtijiet Filgħaxija: 5:00, 6:30 pm (Xitwa); 5:30, 7:00 pm (Sajf)

Ferjali: 6:00, 7:00, 7:45, 8:45 am; 6:30 pm (Xitwa) 7:00 pm (Sajf)

Knejjes Oħra

Santwarju tal-Qalb ta’ Ġesù

Dan is-Santwarju beda jinbena fl-1979 f’qasam ġdid tar-raħal u fl-1986 beda jsir il-Quddies fih. Kien ikkonsagrat fl-4 ta’ Lulju 2003.

Rettur

Mons Vincent Cachia

Quddies

Ħdud u Festi: 6:00 pm 

Il-Ħamis: 6:00 pm (Xitwa); 6:30 pm (Sajf)

Knisja tal-Madonna tad-Dawl

Il-Knisja nbniet bejn is-snin 1738 u 1740. Qabilha kien hemm knisja dedikata liż-Żjara tal-Verġni Marija lil Santa Eliżabetta.

Rettur

L-Arċipriet

Quddies

L-Ewwel Ħadd tax-xahar: 6:45 am

Knisja tal-Madonna tal-Grazzja

Il-Knisja nbniet fl-1680 fil-post fejn qabel kien hemm knisja oħra, iżjed qadima dedikata lill-Verġni Marija.

Rettur

L-Arċipriet

Quddies

Ħdud u Festi: 7:00 am

Knisja ta’ San Ġakbu

Il-Knisja hi benefiċjali tal-Kattidral u nbniet fl-1674. Illum hi magħluqa.

Knisja ta’ Santu Rokku

Il-Knisja nbniet wara l-pesta ta’ l-1597 u hi waħda mill-iżgħar knejjes li nsibu f’Ħaż-Żebbuġ. Mill-1980 s-soċjetà “Din l-Art Ħelwa” ħadet ir-responsabbiltà tal-kura ta’ din il-Knisja. Illum f’din il-Knisja wieħed isib mużew ċkejken dwar Ħaż-Żebbuġ.

Kappella ta’ Ħal Mula

Fl-1980 is-Sorijiet Franġiskani Missjunarji ta’ Marija fetħu dar f’Ħal Mula, f’razzett li ngħata lill-Knisja. Il-Kappella tad-dar hi miftuħa wkoll għan-nies ta’ l-inħawi.

Rettur

L-Arċipriet

Quddies

Ħdud u Festi: 8:00 am

Sibtijiet Filgħaxija: 6:30 pm (Sajf); 6:00 pm (Xitwa)

Ferjali: 6:30 pm (Sajf); 6:00 pm (Xitwa)

Kappella tas-Sorijiet Franġiskani

Fl-1794 f’Ħaż-Żebbuġ infetaħ sptar żgħir għall-anzjani u għall-konvalexxenti. Iżjed tard, f’dan il-bini bdew jinżammu xi ltiema. Illum hemm nisa u xebbiet anzjani. U jmexxu d-dar is-Sorijiet Franġiskani tal-Qalb ta’ Ġesù.

Rettur

Arċipriet

Knisja tal-Lunzjata

Il-knisja nbniet fl-1696 flok knisja oħra eqdem minnha.

Knisja ta’ Santa Marija ta’ l-Anġli

Il-knisja nbniet fl-1696 flok knisja oħra eqdem minnha.

Quddiesa bl-Ingliz darba fix-xahar.

Knisja ta’ Santa Marija “Ta’ Mamo”

Il-Knisja nbniet fl-1685 u llum fiha jinstab armar tal-festa.

Il-Knisja tal-Viżitazzjoni ta’ Wied Qirda

Il-Knisja nbniet fl-1673 fil-post fejn qabel kien hemm knisja qadima ħafna li hi msemmija minn Mons Dusina fil-viżta pastorali tal-1575. Illum din il-knisja hi magħluqa.

Kappella tal-Kunċizzjoni

Il-kappella nbniet bħala wegħda wara l-pesta tas-sena 1677. Illum fiha jinżamm xi armar.

Kappella tal-Adorazzjoni

Parroċċa Ħaż-Żebbuġ

Indirizz:
Ċenaklu, Triq il-Kbira, Ħaż-Żebbuġ

Ħinijiet tal-Ftuħ:
7:00am – 9:30pm