Il-Balluta

  • San Ġiljan, fil-bajja ta’ Balluta, sa mis-sena 1859 kien hemm knisja ddedikata lill-Madonna tal-Karmnu li kienet inbniet mill-Fratellanza tal-Karmnu tal-Belt; fl-1877 il-knisja nbniet mill-ġdid u ngħatat lill-patrijiet tal-Karmnu li reġgħu bnewha fl-1900. Fl-1958 reġgħet inbniet mill-ġdid u fl-1974 saret parroċċa.
     
    Numru ta’ Parruċċani: 5,000
    Numru ta’ Familji: 1,500

     
  • Knisja Parrokkjali tal-Madonna tal-Karmnu

    Data tad-Dedikazzjoni: 12 ta’ Dicembru 1984

     
  • Kappillan

    Patri Renald Lofreda O.Carm

     
  • Uffiċċju Parrokkjali

    Kunvent tal-Karmnu,
    Triq it-Torri Tas-Sliema,
    SLM 1600

     
  • Telefon

    Uffiċċju: 21337573
    Mobile: 7970 8756

     
  • Ħinijiet tal-Uffiċċju

    It-Tnejn: 5.30 – 6.30pm
    L-Erbgħa: 4.30 – 6.00pm
    Il-Ġimgħa: 4.30 – 5.30pm

     
  • Websajt

    www.ballutaparish.org

    Imejl

     

    Facebook

    Madonna tal-Karmnu Balluta
     
     
  • Komunità Karmelitana

    Patri Renald Lofreda O.Carm – Kappillan
    P. Charles Mallia – Pirjol
    P. Victor Enriquez
    P. Leonard Mahoney
    P. Alfred V. Mercieca
    P. Guido Micallef
    P. Hermann Duncan
    P. Victor Paul Farrugia
    Fra Lawrence Mercieca
    Fra Michael Rapinett
     
  • Kunsill Pastorali Parrokkjali

    President: Patri Renald Lofreda O.Carm
    Moderatur: Sur Edward Vella
    Segretarju: Sur Adrian Schinas

     
  • Quddies

    Ħdud u Festi: 6 00, 7.00, 8.00, 9.00, 10.00, 12.00; 6.30pm 
    11.00am (bl-Ingliż)
    Sibtijiet Filgħaxija: 6.30pm
    Ġranet Ferjali: 6.00, 7.00, 7.45, 9.30 am; 6.30pm

     
  • Knejjes u Kappelli Oħra

     
  • Kappella ta’ San Injazju

    Il-knisja kienet il-kappella tal-kulleġġ St Ignatius li l-Patrijiet Ġiżwiti ingliżi fetħu fil-Balluta fl-1877, kulleġġ li dam miftuħ sas-sena 1910, meta floku nfetaħ il- Kulleġġ San Alwiġi f’Birkirkara. Il-kappella tal-Kulleġġ infetħet għan-nies fl-1881. Fi żmien l-aħħar gwerra serviet bħala maħżen; reġgħet infetħet fl-1949.
     
     
  • Kappella ta’ Casa Leone XIII

    Il-kunvent li kellhom il-Blue Sisters ħdejn l-isptar Zammit Clapp u li kienu jmexxuh huma, inbidel f’dar għall-anzjani meta s-sorijiet kellhom jitilqu minn Malta.

     
  • Rettur

    P. Guido Micallef O.Carm.

     
  • Quddies

    Ħdud u Festi: 9.00 am; 11.00 am (Bl-Inġliż)
    Sibtijiet Filgħaxija: 4.00 pm; 6.30 pm (Bl-Inġliż)
    Mit-Tnejn sal-Ġimgħa: 9.00 am

     
  • Ċentru Pastorali Ġesù Ħabib

    Xi ħamsin sena ilu, il-patrijiet tas-Sacro Cuor ta’ tas-Sliema, fetħu dar tad-duttrina fi Strada Rosa. Għal wieħed u għoxrin sena P. Marjanu Vella O.F.M. għallem u qaddes f’din id-dar. Bejn l-1993 u l-1994 P. Bernard Bartolo O.F.M. waqqa’ d-dar il-qadima u flokha telgħet kappella ġdida b’ċentru pastorali dedikati lil Ġesù l-Ħabib. Illum din il-parti ta’ tas-Sliema hi mal-parroċċa tal-Balluta, imma l-kappella u ċ-ċentru baqgħu f’idejn il-patrijiet Franġiskani. Illum Strada Rosa qed tissejjaħ Triq Patri Marjanu Vella O.F.M.

     
  • Rettur

    Patri Eddie Pace OFM

     

    Indirizz

    Triq P. Marjanu Vella, Sliema SLM 13

     

    Telefon

    21313353

     
  • Quddies

    Ħdud u Festi: 8.00 am
    Sibtijiet Filgħaxija: 6.00 pm
    Ġranet Ferjali: 6.00pm

     
  • Kappella tal-Adorazzjoni

    Kappella “Ibqa’ magħna Mulej”

    Address

    Triq it-Torri, tas-Sliema

    Ħinijiet tal-Ftuħ

    Summer: 6.30am – 10.00pm
    Winter: 6.30am – 9.00pm
  •