-
Il-Knisja tad-Dumnikani fil-Belt Valletta saret “il-Parroċċa ewlenija u matriċi tal-Belt il-ġdida kollha kemm hi” mill-Papa San Piju V b’Bolla Apostolika Ex Debito Pastoralis tat-2 ta’ Lulju 1571. Fil-25 ta’ Mejju 1816, il-knisja tgħolliet għad-dinjità ta’ Bażilika Minuri. Il-knisja oriġinali, mibnija minn Ġlormu Cassar kellha tinħatt madwar mitejn sena wara, minħabba l-ħafna ħsarat li kienet ġarrbet bit-terremot tal-1693. Il-knisja ġdida ġiet konsagrata fil-15 ta’ Ottubru 1889.
Numru ta’ Parruċċani: 3,000
Numru ta’ Familji: 900
-
Knisja Parrokkjali tal-Madonna tal-Portu Salvu
Data tad-Dedikazzjoni 15 ta’ Ottubru 1889
-
Kappillan
Patri Michael Camilleri O.P.
-
Uffiċċju Parrokkjali
Triq San Duminku
Il-Belt Valletta
VLT 1603
-
Ħinijiet tal-Uffiċċju
L-Erbgħa u s-Sibt:
9.30 – 11.00am
-
Website
-
Telefon
2124 7535
2123 4079
-
Presbiterju Parrokkjali
Patri Michael Camilleri O.P., Kappillan u Pirjol
Patri Henry Abela O.P.
Patri Joe Ellul O.P.
Fra Mark Sciberras O.P.
Patri Justin Schembri O.P.
Patri Paul Gatt O.P.
Patri François Mifsud O.P.
Kunsill Pastorali Parrokkjali
President: Patri Michael Camilleri O.P., Kappillan
Moderatur: Sur Tony Polidano
Segretarja: Ms Marlene Buttigieg
-
Quddies
Ħdud u Festi: 7.00; 8.30; 10.00; 11.30am u 5.15pm
Sibtijiet Filgħaxija: 6.15pm
Ġranet Ferjali: 7.00; 8.30; 6.15pm
-
Knejjes Oħra
-
Santwarju Bażilika tal-Madonna tal-Karmnu
Il-Knisja inbniet fl-1570 u għal tlettax-il sena serviet bħala waħda mill-knejjes parrokkjali tal-Belt Valletta sakemm inbniet il-Knisja ta’ San Pawl. Il-kwadru tal-Madonna ġie inkurunat fl- 1881 u l-Knisja ġiet dikjarata bħala Bażilika Minuri fl-1895. Fl-1958 beda l-bini tal-Bażilika l-ġdida u tlesta fl-1981.
-
Rettur
Patri Alex Scerri O. Carm.
-
Indirizz
Kunvent tal-Karmnu
Triq il-Punent
Il-Belt
VLT 1535
-
Telefon
2123 3808
-
Quddies
Ħdud u Festi: 7.00, 8.00, 10.00, 11.00am and 6.30pm
Sibtijiet Filgħaxija: 6.30pm
Ġranet Ferjali: 7.00, 8.00, 10.00am; 6.30pm
-
Knisja dedikata lill-Madonna tal-Vitorja
Din kienet l-ewwel knisja li nbniet fil-Belt Valletta u l-ewwel ġebla tagħha tqiegħdet fit-28 ta’ Marzu 1566. Xi tibdiliet ċkejknin saru fl-1752, u fl-1837 kienet tintuża mis-suldati kattoliċi ingliżi stazzjonati f’Malta. Fil-knsija wieħed jista’ jara l-monument ta’ l-Ammirall Venezjan Angelo Emo, li miet fl-1792. Il-kwadru titulari tal-knisja jirrapreżenta t-Twelid tal-Verġni Marija.
-
Rettur
Mons. Victor Zammit McKeon
-
Telefon
2124 5680
-
Quddies
Sibtijiet Filgħaxija: 7.00 pm
Mit-Tnejn sal-Ġimgħa: 8.15 am
Adorazzjoni Ewkaristika kull nhar ta’ Tlieta sa 11.45 a.m.
-
Knisja u Kunvent tal- Franġiskani Konventwali
Indirizz
Triq ir-Repubblika,
Valletta VLT 1110
Telefon
2123 4019
2124 8623
E-mail
Website
Quddies
Ħdud u Festi: 7.30, 8.30, 9.30, 10.30am
Sibtijiet: 7.00, 8.00, 10.00am, 5.15pm, 6.30pm (xitwa); 5.30pm (sajf)
Ġranet Ferjali: 7.00, 7.25, 8.00, 10.00am; 5.30pm
-
Knisja ddedikata lil Santa Katerina d’Italia
Il-Knisja inbniet fl-1576 mill-Kavallieri Taljani ta’ l-Ordni ta’ San Ġwann. Illum din il-knisja hija l-knisja parrokkjali tal-komunità taljana f’Malta.
-
Rettur
Dun Gino Gauci
-
Quddies
Ħdud u Festi: 10.30 am (Taljan)
Ferjali: 7.15 am (Malti)
-
Knisja dedikata lil Santa Barbara
Is-sagrestija tal-Knisja hija parti mill-knisja ewlenija li nbniet fl-1573. Il-knisja, mbagħad, inbniet mill-ġdid fl-1739. Fi żmien l-Ordni ta’ San Ġwann, din kienet il-knisja tal-bumbardieri u fil-fatt ħafna minnhom jinsabu midfuna fil-kripta tal-knisja. Fl-1904 tqiegħdet statwa tal-Verġni Marija fil-faċċata tal-Knisja biex tfakkar il-ħamsin anniversarju mid-definizzjoni tad-Domma tal-Fidi dwar it-Tnissil Bla Tebgħa tal-Verġni Marija (id-domma ta’ l-Immakulata Kunċizzjoni). Illum din il-knisja hija l-Knisja Parrokkjali ta’ l-Ingliżi, Franċiżi u Ġermaniżi li joqogħdu f’Malta.
-
Rettur
Dun Charles Carabott
-
E mail
-
Telefon
2165 1057
-
Quddies
Ħdud u Festi: 10.00 am (Franċiż); 11.00 am (Ġermaniż); 12.00 (Ingliż) u fil- 5.30 pm (Tegalo-Ingliż)
Ġranet Ferjali: 11.00 am (Malti)
-
Knisja dedikata lil San Ġakbu
Din il-Knisja kienet il-Knisja Nazzjonali tal-Kavallieri ta’ Kastilja, ta’ Leon u tal-Portugall. Inbniet fl-1710. Qabel l-aħħar gwerra, għal snin twal kienet isservi bħala sede għall-Istitut għat-tagħlim tad-duttrina għat-tfal tas-sinjuri tal-Belt u kienet magħrufa sew għall-Gara Kateketika li kienet issir ta’ kull sena fil-Belt. Ġiet restawrata u miftuħa mill-ġdid għall-pubbliku fl-1998.
-
Rettur
Mons. Joseph Pace
-
Knisja tas-Sagramentini
Din il-Knisja kienet tas-Sorijiet Adoratriċi. Meta dawn telqu minn Malta, il-knisja bdew jieħdu ħsiebha s-Sorijiet Franġiskani tal-Qalb ta’ Ġesù. Dawn komplew l-Espożizzjoni Ewkaristika ta’ kuljum bejn is-7.00 am u l-4.00 pm. Fil-kunvent għandhom is-sede tagħhom id-Dame di San Vincenzo u l-Opera dei Tabernacoli.
-
Quddies
Kuljum: 6.30 am
-
Knisja dedikata lill-Madonna ta’ Damaxxena
Din il-Knisja nbniet bejn l-1576 u l-1587 min-Nobbli Rhodita Giovanni Kalamias fuq art mogħtija mill-Gran Mastru Pietro del Monte (1565 – 1572). Fi żmien it-Tieni Gwerra Dinjija, propju nhar l-24 ta’ Marzu 1942, il-knisja ġġarrfet għal kollox. Reġgħet inbniet u ġiet konsagrata fil-15 ta’ Awissu 1951 mill-E.T. Mons. George Kalavassy, Isqof Kattoliku tar-Rit Grieg. It-teżori ta’ din il-Knisja huma żewġ Ikoni miġjuba mill-Griegi li ġew mal-Kavallieri ta’ l-Ordni ta’ San Ġwann, wara li fl-1522 telqu minn Rhodi. Dawn l-Ikoni huma tal-Madonna ta’ Damaxxena, li kienet inkurunata fl-1931 fl-okkażjoni tal-ħmistax-il Ċentinarju tal-Konċilju ta’ Efesu (A.D. 431), u l-oħra tal-Verġni Marija ta’ Eleimonitria. Fi żmien it-Tieni Gwerra, iżjed minn tletin Ikona ta’ kobor differenti intilfu fit-tiġrif tal-Knisja. Flokhom saru tletin Ikona ġdida, ħafna minnhom huma xogħol ta’ l-Artist Russu Gregorio Malzteff (1881 – 1952). Iżda wieħed sal-lum jista’ jammira l-Ikona Prezzjuża ta’ l-Inżul minn fuq is-Salib, u oħra ta’ Ġesu Kurċifiss magħmula mill-artist Malti Anton Inglott. Wieħed jista’ jammira wkoll l-Ikona tat-Twelid tal-Verġni Marija magħmula minn Giovenali, artist kontemporanju mill-Ukranja.
-
Rettur
Mons. George Mifsud Montanaro
-
Indirizz
Knisja Griega Kattolika
132 A, Triq l-Arċisqof
il-Belt Valletta
VLT 1444
-
Telefon
2123 7872
Quddies
Ħdud u Festi: 9.00 am
Ferjali: 7.30 am
-
Knisja u Monasteru ta’ Santa Katerina
-
Rettur
Patri Noah Schiavone O.S.A.
-
Quddiesa
Kuljum: 7.30 am
-
Kappella tal-Adorazzjoni
Knisja tas-Sagramentini
Indirizz:
Triq San Kristofru, Valletta
Ħinijiet tal-Ftuħ:
Kuljum 7.00am – 4.00pm
-
L-informazzjoni disponibbli fuq din il-paġna mhix aġġornata.
Nitolbuk iżżur il-webiste il-ġdida tas-Segretarjat Parroċċi.
Nitolbuk iżżur il-webiste il-ġdida tas-Segretarjat Parroċċi.