Il-Belt Valletta (San Pawl Nawfragu)

  • Il-knisja ta’ San Pawl inbniet fl-1570 fuq disinn ta’ Ġrolmu Cassar; sakemm tlestiet il-knisja, il-Kappillan nominat mill-isqof u mill-kapitlu tal-Kattidral kien jamministra s-sagramenti mill-knisja tal-Karmnu. Il-knisja reġgħet inbniet bejn l-1639 u l-1679 u l-kappelluni reġgħu saru mill-ġdid fl-1835. Fis-sena 1733 il-knisja saret kolleġġjata.

    Numru ta’ Parruċċani: 1,800
    Numru ta’ Familji: 800
  • Knisja Kolleġġjata Arċipretali dedikata lil San Pawl Nawfragu

    Data tad-Dedikazzjoni 15 ta’ Mejju
  • Stqarrija tal-Missjoni

    “Fejn tnejn jew tlieta jkunu miġbura f’ismi, hemm inkun jien f’nofshom”

    (Mt. 18:20)
    “Aħna l-insara kattoliċi tal-Parroċċa ta’ San Pawl Nawfragu l-Belt Valletta:
      • nimpenjaw ruħna li nkunu komunità li tgħix bil-preżenza ta’ Kristu Rxoxt f’nofsha, frott tal-għajxien tal-Imħabba Reċiproka;
      • li nitħeġġu mill-ezempju ta’ San Pawl li  minnu aħna evanġelizzati u bħalu nfittxu li nevanġelizzaw billi nagħmlu l-messaġġ pawlin attwali għall-bniedem tallum u relevanti għall-ħtiġijiet tas-soċjetà moderna;
      • li nilqgħu lill-Maltin u lill-barranin li jiġu jżuruna.
      • li nkunu qrib dawk li jħossuhom imwarrbin u nużaw il-ħin u t-talenti tagħna biex ngħinu lil min hu fil-bżonn.
      • li taħt il-ħarsien ta’ Ommna Marija nimxu ‘l quddiem fil-qdusija, bl-għajxien tal-Kelma t’Alla u t-twettiq tagħha fil-qadi tal-proxxmu.”
  • Arċipriet

    Kan. David Cilia
  • Uffiċċju Parrokkjali

    Uffiċċju Parrokkjali,
    263 Triq San Pawl
    Dar Parrokkjali,
    74 Triq San Pawl
  • Ħinijiet ta’ l-uffiċċju

    It-Tlieta, il-Ħamis:

    9.30 – 11.00 am
  • Telefon

    2122 3348/79081904 Dar – Uffiċċju
    2123 6013 Knisja
  • Presbiterju Parrokkjali

    L-Arċipriet

    Kan. Kantur Dun Ġwann Borġ
    Kan. Dun Vincenz Borġ
    Kan. Dun Ġwann Ciarlò
    Kan. Dun Frans Perici

  • Kanonċi Onorarji

    Kan. Ġwann Borg
    Kan. Ġwann Ciarlò
    Kan. Frans Perici
    Kan. Vincenz Borg
    Kan Dillon Bugeja

    Kan David Farrugia
    Kan Stefan Galea

    Kunsill Pastorali Parrokkjali

    President: L-Arċipriet
    Moderatriċi: Sinjura Lilian Azzopardi
    Segretarja: Sur Paul Vella
    Public Relations Officer: Ms Bernardette Zahra
  • Quddies

    Ħdud u Festi: 7.00, 8.00, 9.00, 10,00, 11.45 am u 6.00 pm
    Sibtijiet Filgħaxija: 6.00 pm
    Ġranet Ferjali: 7.00, 8.00, 9.00, 12.40 pm (xitwa), 6.00 pm (xitwa), 6.30 pm (sajf)
  • Knejjes Oħra

  • Knisja ta’ Santu Rokku

    Inbniet wara l-pesta ta’ l-1592 u reġgħet inbniet bejn l-1675 u l-1676.
  • Rettur

    Arċipriet
  • Knisja ta’ Santa Luċija

    Il-knisja aktarx inbniet fl-1570 u reġgħet inbniet aktar tard minn negozjanti ta’ l-inbid tax-Xatt. Taħt l-artal ewlieni tal-knisja hemm il-fdal tal-martri San Luċjanu li kien inġab mill-katakombi ta’ Priscilla minn Ruma.
  • Rettur

    Kan. Dun Lawrenz Zammit
  • Quddies

    Nhar ta’ Sibt: 6.00 pm
  • Knisja ta’ Santa Marija ta’ Ġesù (immexxija mill-Franġiskani)

    Il-Knisja bdiet tintuża fl-1584 u matul iż-żmien saru diversi tibdiliet fiha u żżejnet b’diversi opri sbieħ u ta’ preġju. Il-Knisja insibu l-Kurċifiss Mirakoluż, li jiġbed lejh divozzjoni liema bħalha. Dan il-Kurċifiss inħadem għal din il-knisja fl-1630 mill-Beatu Umile Pintorno. Fl-1646 twaqqfet il-fratellanza tal-Kurċifiss. F’din il-Knisja jinstabu wkoll il-fdalijiet tal-Beatu Nazju Falzon.
  • Rettur

    Patri Joe Caruana OFM
  • Indirizz

    291, Triq San Pawl
    Valletta
    VLT 1213
  • Telefon

    2123 4042; 2123 2926
  • Quddies

    Ħdud u Festi: 7.30, 9.00, 10.00 u 11.00 am
    Sibtijiet filgħaxija: 6.15 pm
    Ġranet ferjali: 7.15, 11.00 am u 6.15 pm
  • Il-Knisja tal-Ġiżwiti

    Din kienet il-Knisja tal-Kulleġġ tal-Patrijiet Ġiżwiti. Imbagħad saret il-Knsija ta’ l-Università ta’ Malta. Bdiet tinbena fl-1593 u ġiet konsagrata fl-1731. F’din il-Knisja, il-Beatu Nazju Falzon mexxa l-Kongregazzjoni għall-membri tas-Servizzi Ingliżi ta’ żmienu u ressaq ħafna minnhom għall-magħmudija fil-Knisja Kattolika. F’din il-Knisja nsibu wkoll devozzjoni speċjali lejn il-Madonna ta’ Pompej, li ssir nhar it-8 ta’ Mejju.
  • Rettur

    Mons. Philip Calleja
  • Ħinijiet tal-Quddies

    Ħdud u Festi: 6.45, 7.45, 8.45, 10.30 am u 12.00
    Sibtijiet filgħaxija: 6.45 pm
    Ġranet Ferjali: 6.30, 10.00 am u 12.00
  • Oratorju tal-Kongregazzjoni ta’ l-Onorati

    Dan l-Oratorju jmiss mal-Knisja tal-Ġiżwiti u huwa tal-Kongregazzjoni ta’ l-Onorati li twaqqfet fl-1600 mill-Kavallieri ta’ l-Ordni ta’ San Ġwann. L-Oratorju huwa dedikat lill-Madonna, u taħt l-Artal Maġġur hemm il-fdalijiet tal-martri Sant’Onorata. L-Oratorju li naraw illum inbena bi flus il-kongregati fis-sena 1658 minflok ieħor li kien hemm qabel.
  • Quddies

    Ħdud u festi: 9.00 am (minn Ottubru sa Ġunju biss)
  • Monasteru ta’ Sant’Ursola

    Dan il-Monasteru kien twaqqaf mill-Kavallieri ta’ San Ġwann fil-Birgu. Imbagħad ġie trasferit għal fejn jinsab illum meta inbniet il-Belt Valletta. Il-Monasteru nbena fl-1595 u tkabbar fl-1759. Meta telqu l-Kavallieri, il-Monasteru waqa’ taħt idejn l-Isqof ta’ Malta.
  • Quddies

    Mit-Tnejn sas-Sibt: 6:45am
    Il-Ħdud: 7:00am
  • Knisja ta’ San Nikola (Knisja ta’ l-Erwieħ)

    Din il-Knisja inbniet mill-Griegi fl-1569 bħala l-knisja parrokkjali tar-Rit Grieg Biżantin. Fl-1639 il-Kappillan, il-Papas Giovanni Metaxi ta l-knisja għall-użu tas-Sodalità ta’ l-Erwieħ li bnietha mill-ġdid. Ir-relazzjoni bejn il-Parroċċa Griega u s-Sodalità huma regolati skond il-konkordat tas-17 ta’ Settembru 1766. Il-Knisja ġarrbet ħsarat kbar fl-aħħar gwerra u ġiet restawrata fl-1951.
  • Quddies

    Kuljum: 7.30 u 11.00 am
  • Knisja tal-Madonna ta’ Liesse

    Il-Knisja inbniet għall-ewwel darba fl-1620 u mbagħad inbniet mill-ġdid mill-Kavallieri Franċiżi fl-1740. Fl-aħħar gwerra intlaqtet sewwa bil-bombi u mbagħad infetħet mill-ġdid fl-1952. Illum din il-Knsija hija ċ-ċentru nazzjonali ta’ l-Apostolat tal-Baħar.

    Indirizz

    Seafarer Centre,

    Ċentru Għall-Baħħara u
    Appostolat tal-Baħar.
    Dar M . V .Moore
    No. 62,  Telgħet ta’ Liesse
    Valletta, VLT 1940
  • Rettur u Port Chaplain

    Dun Joe Borg
  • Telefon

    2148 7142

    Mobile

    99879947

    Email

    Facebook

  • Quddies

    Ħdud u Festi: 8.00 u 9.30 am
    Sibtijiet filgħaxija: 5.30 pm
  • Kappella tal-Ħarba tal-Familja Mqaddsa Lejn l-Eġittu 

    Il-‘Waterfront’, Il-Belt Valletta

    Quddies

    Sibtijiet: 7:30pm.
    Tiġi ċċelebrata Quddiesa fil-Festi prinċipali u f’okkażjonijiet speċjali. 
    Il-Magħmudijiet jsiru biss fiċ-ċelebrazzjoni ta’ Sibt il-Għid.
    Bookings:
    Mons. Alfred Vella
    Indirizz: Kummissjoni Emigranti, Dar l-Emigrant, Castille Place, Valletta, VLT 01, Malta .

    Telefon (+356) 21222644, 21232545,21240255 Fax (+356) 21240022 ; E-mail: mecmalta@vol.net.mt
    Ħinijiet tal-Uffiċċju: Matul il-Ġimgħa: 8.30a.m.-12.30a.m. > 3.00p.m. – 6.00p.m. Ħin tas-sajf: 8.30a.m.-1.30p.m.