-
Il-Birgu hu meqjus bħala l-eqdem parroċċa wara l-Katidral. Meta ġew il-Kavallieri, il-knisja ta’ San Lawrenz saret il-Knisja Konventwali tal-Ordni u mill-1530 sal-1571 il-knisja tal-Lunzjata serviet bħala Knisja Parrokkjali. Il-knisja li hemm illum inbniet bejn il-1681 u l-1697 minn Lorenzo Gafà u saret Knisja Kolleġġjata fl-1820.
Numru ta’ Parruċċani: 2,958
Numru ta’ Familji: 1,011
-
Knisja Arċipretali dedikata lil San Lawrenz, Levita u Martri
Data tad-dedikazzjoni: 24 ta’ Ottubru 1723
-
Arċipriet
Kan. Karm Busuttil
-
Uffiċċju Parrokkjali
91, Triq San Lawrenz
Il-Birgu
BRG 1386
-
Ħinijiet tal-uffiċċju
L-Erbgħa u l-Ġimgħa
5.00 – 7.00 pm
-
Telefon
Uffiċċju: 21827057
Mowbajl: 79649504 -
Presbiterju Parrokkjali
Kan. Karm Busuttil – Arċipriet
Kan. Lawrenz Bonnici
Dun John Avellino
-
Kapitlu
Kan. Lawrenz Bonniċi
Kan. Pawlu Raggio
-
Kanoniċi Onorarji
Kan. Joe CiliaMons. Salvu DebrincatDun Marc André CamilleriKunsill Pastorali Parrokkjali
President: Kan. Karm Busuttil – Arċipriet
Segretarja: Ms Josette Magro
Kunsill Ekonomiku Parrokkjali
President: Kan. Karm Busuttil
Segretarju: Sur Giovann Raggio
-
Quddies
Ħdud u festi: 6.00, 7.00, 8.30, 11.00 am; 6.00 pm
Sibtijiet filgħaxija: 6.00 pm
Ġranet ferjali: 8.30 am; 6.00 pm
-
Knejjes Oħra
-
Kappella Tal-Kurċifiss
Il-kappella nbniet fl-1720 fuq iċ-ċimiterju antik tal-knisja; ġarrbet danni kbar fil-gwerra u nbniet mill-ġdid; fiha jinżammu l-istatwi tal-purċissjoni tal-Ġimgħa l-Kbira.
-
Knisja Tal-Karmnu
Il-knisja nbniet minn nies tax-xwieni fl-1611 u fiha kienu jagħmlu l-preċett kull sena u kienu jqisuha bħala l-parroċċa tagħhom u għamlu ħafna opri fiha. Din iġġarfet fil-gwerra u ġiet mibnija mill-ġdid.
-
Knisja Tat-Trinità
Il-knisja nbniet fl-1784 min-nobbli Lukrezja Gauci Falzon. Iġġarrfet fil-gwerra, iżda nbniet mill-ġdid u qed tintuża għal-laqgħat.
-
Knisja Ta’ San Filippu
Il-knisja nbniet fis-seklu Ħmistax u reġgħet inbniet fl-1561 u ġiet konsagrata mill-Isqof Labini Fl-1788. L-Isqof Balaguer taha lill-Patrijiet ta’ l-Oratorju ta’ San Filippu Neri, iżda meta dawn spiċċaw minn Malta l-knisja waqgħet f’idejn il-parroċċa. Hi knisja kbira u sabiħa u ġarrbet ħsara fi żmien il-gwerra, ġiet restawrata iżda qed tintuża biex jinżamm fiha l-armar tal-festa.
-
Kappella Tal-Qalb Ta’ Ġesù f’Tal-Ħawli
Il-kappella nfetħet għan-nies li marru joqogħdu f’Tal-Ħawli.
-
Rettur
Kan. Lawrenz Bonnici
-
Quddies
Ħdud u festi: 10.00am (xitwa) – 8.00 am (sajf)
Sibtijiet filgħaxija: 5.00 pm
Ferjali: 7.30 am
-
Knejjes Immexxija Mir-Reliġjużi
-
Monasteru Santa Skolastika
Is-sorijiet Benedittini kienu niżlu mill-Imdina biex jiftħu monasteru fil-Birgu u meta l-Ordni ta’ San Ġwann telaq mill-Birgu u mar il-Belt, l-isptar li kienu bnew fil-Birgu tawh lis-sorijiet li biddluh f’monasteru. Il-kappella u parti mill-monasteru nbnew mill-ġdid fl-1679-1680. L-Isqof Labini kkonsagra l-Knisja fid-29 ta’ Settembru 1787 u fiha jinżamm il-fdal tal-Martri Santa Veneranda li nġiebu minn Ruma fl-1728.
Data tad-dedikazzjoni: 29 ta’ Settembru 1787
-
Rettur
Kan. Pawlu Raggio
-
Quddies
Kuljum: 7.00 am
-
Knisja Tal-Lunzjata
Id-Dumnikani marru fil-Birgu fl-1528 u ġiet mogħtija lilhom il-Knisja tal-Lunzjata. Meta ġew Malta l-kavallieri u ħadu għalihom il-Knisja ta’ San Lawrenz, il-Knisja tal-Lunzjata, mill-1530 sal-1571 serviet bħala Knisja Parrokkjali. Fl-1638 il-Knisja ġiet mibnija mill-ġdid u tul tliet mitt sena saru ħafna opri sbieħ fiha; iġġarrfet fl-aħħar gwerra u nbniet mill-ġdid u nfetħet għan-nies fl-1960.
-
Rettur
Patri Frank Borg O.P.
-
Quddies
Ħdud u festi: 8.00, 10.00 am; 12.00
Ġranet ferjali: 7.30, 10.00 am; 6.15 pm
-
Kappella tal-Adorazzjoni
Kappella tal-Kurċifiss
Indirizz:
Maġenb il-Knisja Parrokkjali
Ħinijiet tal-Ftuħ:
Mit-Tnejn sal-Ġimgħa: 4.30pm – 7.30pm
Minħabba r-restrizzjonijiet marbutin mal-COVID-19, il-ħinijiet tal-quddiesa nbidlu
Agħfas hawn biex tara l-ħinijiet il-ġodda
Agħfas hawn biex tara l-ħinijiet il-ġodda