-
Birmiftuħ kien waħda mill-għaxar parroċċi li kien hawn f’pajjiżna fl-1436. Ir-raħal ta’ Birmiftuħ m’għadux jeżisti, iżda baqa’ biss il-knisja li llum tagħmel parti mill-parroċċa tal-Gudja. Il-knisja parrokkjali tal-Gudja li hemm illum inbniet fis-sena 1656 u hi ddedikata lit-Tlugħ fis-Sema tal-Verġni Marija. Fid-19 ta’ Lulju 2006, ġiet dikjarata Parroċċa Arċipretali.
Numru ta’ Parruċċani: 3,000
Numru ta’ Familji: 1,000
-
Knisja Arċipretali Dedikata Lil Santa Marija
Data tad-Dedikazzjoni: 11 ta’ Diċembru 1785
-
Arċipriet
Kan. Dun Norman Zammit
-
Uffiċċju Parrokkjali
Domus Curialis
3 Triq il- Kappillan
Gudja GDJ 1081
-
Ħinijiet tal-Uffiċċju
It-Tlieta u l-Ġimgħa
10.00am – 12.00pm
5.00pm – 6.30pm
-
Telefon
21696039
-
Presbiterju Parrokkjali
Kan. Dun Norman Zammit, Arċipriet
Dun Danjel Farrugia
Dun Karm Farrugia -
Saċerdoti Residenti
Dun Tony Pace
Dun Trevor Fairclough -
Kunsill Pastorali Parrokkjali
President: Kan. Dun Norman Zammit, Arċipriet
Chairperson: Roderick Bilocca
Segretarju: Jonathan Farrugia
Kunsill Ekonomiku Parrokkjali
President: Kan. Dun Norman Zammit, Arċipriet
Membri: George Baldacchino, Joseph Grixti u Joe Xuereb
Quddies
Ħdud u Festi: 7:00am, 8:30am, 10.00am u 5.30pm
Sibtijiet: 7:00 am, 8:00 am, 6:30pm
Ġranet Ferjali: 7:00am, 8:00am, 6:30pm (Ottubru – Marzu); 7:00pm (April – Settembru)
-
Knejjes Filjali
-
Kappella Santa Marija ta’ Birmiftuħ
Knisja medjevali li kienet l-ewwel knisja parrokkjali tal-post; tinfetaħ kull nhar ta’ Ħadd filgħodu. Din il-kappella, fl-1 ta’ Frar 1970 ingħatat bi “trust” lil “Din l-Art Ħelwa” għal 150 sena.
-
Rettur
L-Arċipriet
-
Knisja tal-Lunzjata
Fil-Gudja kien hemm tliet knejjes tal-Lunzjata: l-ewwel waħda kienet fil-qasam “Ta’ Durbies” u llum ma teżistix aktar; it-tieni waħda kienet f’nofs ir-raħal u l-Isqof Alpheran ried li titwaqqa’ u timbena oħra flokha; it-tielet waħda nbniet fl-1754 u llum qed tintuża għal xi laqgħat. Tinfetaħ kull nhar ta’ Ħadd filgħodu. Issir fiha l-Adorazzjoni ta’ l-Ewwel Ġimgħa tax-xahar, il-ġurnata kollha.
-
Rettur
L-Arċipriet
-
Knisja tal-Madonna ta’ Loretu
Il-knisja kienet ġa mibnija fl-1550, kif jidher minn arkata li tmiss mal-knisja. Wara l-pesta tas-sena 1676 inbniet mill-ġdid u ġiet restawrata fis-sena 1820. Il-knisja ġiet milquta mill-bombi fil-gwerra u nfetħet mill-ġdid fl-1943 wara li sarulha t-tiswijiet meħtieġa. Tintuża għaż-żwiġijiet, u tinfetaħ kull nhar ta’ Ħadd filgħodu.
-
Rettur
L-Arċipriet
-
Knisja ta’ Santa Katerina
Il-knisja hi qadima ħafna : dik li hemm illum inbniet fl-1661 u qed tintuża biss biex fiha jinżamm xi armar tal-festa.
-
Rettur
L-Arċipriet
L-informazzjoni disponibbli fuq din il-paġna mhix aġġornata.
Nitolbuk iżżur il-webiste il-ġdida tas-Segretarjat Parroċċi.
Nitolbuk iżżur il-webiste il-ġdida tas-Segretarjat Parroċċi.