Il-Gżira

  • Fl-10 ta’ Lulju 1902 xi baħrin fis-sakra kienu tefgħu ġebla lil niċċa tal-Madonna tal-Karmnu li kienet ma’ ħajt ta’ dar quddiem il-pont tal-Gżira, u l-ġebla baqgħet imwaħħla mal-ħġieġa tal-kwadru; dan wassal biex timbena kappella żgħira ftit ‘il bogħod u ġiet magħrufa bħala l-kappella tal-Madonna tal-Ġebla. Din il-kappella saret parrokkjali fl-1921 u n-nies tal-post bdew iħabirku ħa timbena knisja akbar, dedikata lill-Madonna tal-Karmnu.

    Numru Tal-Parruċċani: 7,000

    Numru Tal-Familji: 2,600

  • Knisja Parrokkjali Tal-Madonna Tal-Karmnu

    Data tad-Dedikazzjoni 23 ta’ Mejju 1959

  • Kappillan

    Dun Karm Tanti

  • Uffiċċju Parrokkjali

    Domus Curialis

    119, Triq Manoel De Vilhena

    Gżira GŻR 1016

  • Ħinijiet tal-Uffiċċju

    It-Tnejn:

    09.00 am – 10.30 am

    4.30 pm – 06.00 pm

    Il-Ġimgħa:

    09.00 am – 10.30 am

  • Telefon

    21335841

  • Presbiterju Parrokkjali

    Dun Karm Tanti, Kappillan
    Dun Darren Pace
    Dun Joseph Calleja
  • Kunsill Pastorali Parrokkjali

    President: Dun Karm Tanti, Kappillan

    Moderatur: Sur Aldo Fenech

    Segretarja: Ms Miriam Campbell

  • Kunsill Ekonomiku Parrokkjali

    President: Dun Karm Tanti, Kappillan
    Membri: Ms Marlene Briffa, Sur Paul Camilleri u s-Sur Richard Beck
  • Quddies

    Ħdud u Festi: 7.00, 8.15, 9.30 u 11.00 am; 06.00 pm (xitwa), 6.30 pm (sajf)

    Sibtijiet Filgħaxija: 5.00 pm u 6.30 pm

    Ġranet Ferjali: 6.45, 7.30, 8.30 am u 6.00 pm (xitwa) , 6.30 pm (sajf), 7.00pm (għas-6 ġimgħat wara l-Għid)

  • Knejjes Oħra

  • Kappella ta’ Stella Maris College

    L-iskola li l-Freres kienu fetħu f’Villa Schinas fl-1904 ċkienet ħafna għat-tfal li żdiedu sew, għalhekk fl-1938 fetħu skola ġdida fil-Gżira. Fl-1959 il-kappella infetħet għan-nies li jgħixu f’dawn in-naħiet; fiha jistgħu jsiru ż-żwiġijiet.

  • Rettur

    Br Austin Gili FSC

  • Quddies

    Ħdud u Festi: 09.15 am

    Sibtijiet: 06.30 pm

  • Knisja tar-Redentur

    Il-knisja nbniet minn ċertu Albert Grixti mingħajr il-permess ta’ l-awtoritajiet ekklesjastiċi, iżda dawn taw permess li tinfetaħ meta ngħatat lis-Sorijiet Agostinjani li fetħu skola fil-qrib. Illum is-sorijiet fetħu skola ġdida u l-knisja qed tieħu ħsiebha l-parroċċa.

  • Kappella tal-Adorazzjoni

    Parroċċa tal-Gżira

    Indirizz:

    22, Triq Carlo Manchè, Gżira

    Ħinijiet tal-Ftuħ:

    6.00am – 11.00pm