-
Meta l-Ħamrun kiber ħafna, iż-żewġ knejjes antiki li kien hemm, dik tas-Samra u dik ta’ Nuzzu, ma kienux biżżejjed għall-ħtiġiet tan-nies, u għalhekk bdiet tinbena knisja ġdida li, fuq xewqa ta’ l-isqof ta’ dak iż-żmien, Mons. Gaetano Pace Forno, ġiet dedikata lil San Gejtanu ta’ Thiene. Il-knisja bdiet tintuża fl-1875 u saret knisja parrokkjali 1881.
-
Numru Tal-Parruċċani: 6,000
Numru Tal-Familji: 2,100
-
Knisja Parrokkjali Ta’ San Gejtanu Ta’ Thiene
Data tad-dedikazzjoni 26 ta’ Settembru 1930
-
Kappillan
Dun Walter Cauchi
-
Uffiċċju Parrokkjali
3, Triq T. Caruana Demajo
Ħamrun ĦMR 2043
-
Ħinijiet ta’ l-Uffiċċju
It-Tnejn, l-Erbgħa, l-Ġimgħa
4.00 pm – 5.30 pm
-
Telefon
21238593 Uffiċċju
Mobile: 7993 0470
-
Presbiterju Parrokkjali
Dun Walter Cauchi, Kappillan
Dun Joe Gatt, Viċi Kappillan
Dun Nikol Debono MontebelloMons. Lawrence Gatt
Dun Tancred SultanaDun Salv Vella
Dun Andrew Borg
Dun Kevin Schembri
Kunsill Pastorali Parrokkjali
President: Dun Walter Cauchi, Kappillan
Moderatur: Sur John Grech
Segretarju: Sur Dione Spiteri
Kunsill Ekonomiku Parrokkjali
President: Dun Walter Cauchi, Kappillan
Segretarju: Sur John Saliba
-
Quddies
Ħdud u Festi: 6.00, 7.30, 9.00, 11.00 am ; 6.00 pm
Sibtijiet: 7.00 am, 9.00am, 6.30 pm, 7.45 pm
Ġranet Ferjali: 7.00, 9.00 am u 12.00 (barra Lulju Awissu Settembru) u 6.30 pm
-
Knejjes Filjali
-
Knisja tad-Duluri
Fl-1951 il-knisja bdiet bħala oratorju għat-tagħlim tad-duttrina mill-membri tal-Leġjun ta’ Marija f’post mogħti mid-ditta Farsons; aktar tard dik is-sena ngħata permess biex tinbena knisja fil-post: fiha llum jistgħu jsiru ż-żwiġijiet.
-
Rettur
Dun Salv Vella
-
Telefon
21238359 jew 21231119
-
Quddies
Ħdud u Festi: 7.00 am, 8.30 am, 11.30 am
Sibtijiet Filgħaxija: 6.00 pm
Ġranet Ferjali: 7.15 am u 7.00 pm
-
Kappella tal-Midalja Mirakuluża
Il-kappella hi parti mid-Dar Ċentrali tas-Soċjetà tad-Duttrina Nisranija (MUSEUM) bdiet tinbena fl-1958 u nfetħet għan-nies fl-1964. Fiha jinstabu l-fdalijiet ta’ San Ġorġ Preca u tal-Qaddej t’Alla Ewġenju Borġ.
-
Rettur
Dun Kevin Schembri
-
Quddies
Ħdud u Festi: 8.00 am
Ġranet Ferjali: 7.30 am u 6.00 pm
-
Knisja tal-Madonna tas-Samra
Fil-knisja hi meqjuma xbieha tal-Madonna ta’ Atoċja, venerata fil-knisja tad-Dumnikani f’Madrid. Il-kopja nġiebet Malta minn Madrid fl-1631 u nbniet knisja għaliha fuq l-għolja ta’ Braksja. Fil-bidu tas-seklu li għadda, il-knisja kienet tinżamm magħluqa. Iżda reġa’ fetaħha San Ġorġ Preca. Illum tinfetaħ kuljum u fiha jistgħu jsiru ż-żwiġijiet.
-
Rettur
Dun Andrew Borg
-
Quddies
Ħdud u Festi: 8.00 am u 10.15 am
Sibtijiet Filgħaxija: 6.00 pm
Ġranet Ferjali: 8.00 am
-
Knisja ta’ Nuzzu (Santu Nuzzu)
Il-knisja hi dedikata lill-Madonna tal-Portu Salvu; infetħet għall-kult fl-1745 u għamlet żmien bħala viċi parroċċa għan-nies ta’ l-inħawi, sakemm inbniet il-knisja ta’ San Gejtanu. Fi żmien il-gwerra fid-dar ħdejha kienu rifuġjati l-patrijiet Tereżjani ta’ Bormla wara li l-knisja u l-kunvent tagħhom intlaqtu mill-bombi. Fiha jistgħu jsiru ż-żwiġijiet.
-
Rettur
Il-Kappillan
-
Kappella tal-Adorazzjoni
Knisja ta’ Santu Nuzzu
Indirizz:
High Street, Ħamrun
Ħinijiet tal-ftuħ:
Mit-Tnejn sas-Sibt:
8.00am-6.00pm
Minħabba r-restrizzjonijiet marbutin mal-COVID-19, il-ħinijiet tal-quddiesa nbidlu
Agħfas hawn biex tara l-ħinijiet il-ġodda
Agħfas hawn biex tara l-ħinijiet il-ġodda