-
Meta l-Kalkara bdiet timtela bin-nies, fl-1890, inbniet knisja dedikata lil San Ġużepp: din il-knisja li ġiet konsagrata fis-sena 1921, iġġarfet bil-bombi fil-gwerra u flokha inbniet oħra f’post aktar ċentrali. Il-Kalkara saret parroċċa fl-1897.
-
Numru Tal-Parruċċani: 3,010
Numru Tal-Familji: 1,000
-
Knisja Parrokkjali Ta’ San Ġuzepp
Data tad-Dedikazzjoni 12 ta’ Diċembru 1954
-
Kappillan
Dun Brian Gialanze’
-
Uffiċċju Parrokkjali
Misraħ Arċisqof Gonzi,
Kalkara KKR1511
-
Ħinijiet ta’ l-Uffiċċju
L-Erbgħa:
4.30pm – 5.30pmIs-Sibt:9.00 – 11.00amB’appuntament – ċempel 79201361 -
-
Telefon
21826438
-
Presbiterju Parrokkjali
Dun Brian Gialanze’, Kappillan
Mons Pawl Raggio
Dun John Berry -
Kunsill Pastorali Parrokkjali
President: Dun Brian Gialanze’, Kappillan
Moderatur: Sur John Genovese -
Kunsill Ekonomiku Parrokkjali
President Dun Brian Gialanze’, Kappillan
Membri Sur Martin Navarro, Sur Victor Delceppo -
Quddies
Ħdud u Festi: 7.00, 8.30, 10.30 am ; 5.30 pm (xitwa) ; 6.00 pm (sajf)
Sibtijiet Filgħaxija: 6.00 pm (xitwa) ; 6.30 pm (sajf)
Ġranet Ferjali: 7.30 am (matul l-iskola); 8.00 am (Sibtijiet u vaganzi tas-sajf) 6.00 pm (xitwa) ; 6.30 pm (sajf)
-
Kappelli Filjali
-
Kappella ta’ Wied Għammieq
Il-morda tal-kolera li fl-1837 mietu fil-fortizza tar-Rikażli ġew midfuna f’ċimiterju li tħejja malajr għalihom; fl-1878 iċ-ċimiterju ġie rranġat u sar ċentru ta’ devozzjoni lejn l-erwieħ.
-
Rettur
Kappillan
-
Kuratur
Sur Manwel Calleja
Telefon
21690339
-
Quddies
Ħdud: 11.30 am
-
Kappella tas-Salvatur
Fuq l-għolja tas-Salvatur bejn id-daħliet ta’ l-Irnella u tal-Kalkara kien hemm kappella antika ħafna li ġġarfet fi żmien l-Assedju l-kbir; inbniet mill-ġdid fl-1651 u, fi żmien il-gwerra, wara li ġġarfet il-knisja ta’ San Ġużepp, serviet bħala knisja parrokkjali.
Quddies
L-Ewwel Ġimgħa tax-xahar: 9.00 am
Ħdud: 7.00 pm
-
Knisja Tal-Patrijiet Kapuċċini
-
Knisja ta’ Santa Barbara magħrufa bħala Santa Liberata
Fl-1736 il-Kapuċċini bdew jibnu kunvent u knisja fit-triq bejn Ħaż-Żabbar u l-Kalkara; ix-xogħol tlesta fl-1743 u fit-2 ta’ Awissu ta’ l-istess sena l-knisja ġiet imbierka u u miftuħa għan-nies. Fl-1750 il-fdal tal-martri Santa Liberata ġie mogħti lill-patrijiet mill-Papa Benedittu XIV. FIl-knisja jistgħu jsiru ż-żwiġijiet.
Data tad-Dedikazzjoni 18 ta’ Gunju 1747
-
Rettur
Patri Effie Mallia OFM Cap
-
Telefon
21825724 – 21800612
-
Quddies
Ħdud u Festi: 6.00, 7.00, 8.00 u 10.00 am
Sibtijiet filgħaxija: 6.00 pm (xitwa); 6.30 pm (sajf)
Ġranet Ferjali: 6.45 am; 6.00pm (xitwa); 6.30 pm (sajf)
-
Kappella tal-Adorazzjoni
Kappella tas-Salvatur
Indirizz:
Triq is-Salvatur, Kalkara
Ħinijiet tal-Ftuħ:
9.00am – 10.30am
4.00pm -5.00pmKnisja ta’ Santa Barbara magħrufa bħala Santa Liberata
Indirizz:
Triq il-Knisja, Kalkara
Il-Ġimgħa:
9.00am-10.00am
4.00pm – 5.30pm
Minħabba r-restrizzjonijiet marbutin mal-COVID-19, il-ħinijiet tal-quddiesa nbidlu
Agħfas hawn biex tara l-ħinijiet il-ġodda
Agħfas hawn biex tara l-ħinijiet il-ġodda