Għalkemm Mons. Dusina, fir-rapport taż-żjara pastorali tiegħu fl-1575 ħalla miktub li l-Mosta kienet parroċċa; fil-fatt saret parroċċa fl-1608, u n-nies tar-raħal minnufiħ bdew jaħsbu għall-bini tal-knisja ġdida fuq il-pjanta ta’ Tumas Dingli. Din il-knisja twaqqgħet biex timbena l-knisja li hemm illum fuq disinn tal-Perit Ġorġ Grognet de Vasse.
Numru ta’ Parruċċani: 20,000
Numru ta’ Familji: 7,000
Bażilika Arċipretali ta’ Santa Marija
Data tad-dedikazzjoni: 15 ta’ Ottubru, 1871
Arċipriet
Dun Sebastian Caruana
Uffiċċju Parrokkjali
15 Triq il-Knisja,
Mosta MST 2015
Ħinijiet tal-Uffiċċju
It-Tnejn u l-Erbgħa:
9.00 – 11.00am
4.30 – 6.00pm
Il-Ġimgħa:
4:30 – 6:00 pm
Is-Sibt:
9:00 – 11:00 am
Telefon
2143 3826
parrocca.mosta@maltadiocese.org
Website
Presbiterju Parrokkjali
Dun Sebastian Caruana, Arċipriet
Dun Antoine Borg
Dun Salvu Borg
Mons Mario Camilleri
Dun Rafel Demartino
Dun Sergio Fenech, Segretarju
Mons Angelo Grech
Dun Gwann Sammut
Dun Pawl Sciberras
Dun Edgar Vella
Dun Willie Vella
Dun André Zaffarese
Saċerdoti oħra residenti fil-parroċċa
Dun Manwel Camilleri
Dun David Muscat
Kunsill Pastorali Parrokkjali
President: Dun Sebastian Caruana, Arċipriet
Moderatur: Sur Joe Deguara
Segretarju: Ms Mariosa Micallef
Kunsill Ekonomiku Parrokkjali
President: Dun Sebastian Caruana, Arċipriet
Segretarju: Sur Albert
Chairperson: Sur Sebastian Mangion
Quddies
Ħdud u Festi: 6:00, 7:00, 8:00, 9:30, 11:00am; 5:30pm
Sibtijiet Filghaxija: 5:00pm – 6:30pm
Granet Ferjali: 6:00, 6:30, 7:00, 7:45, 8:30am; 6:30pm
Żoni Pastorali
(imwaqqfin b’digriet tas-17 Ottubru 1988)
Il-Bidnija
Il-knisja tal-Bidnija nbniet fl-1920 u giet dedikata lill-Familja Mqaddsa ta’ Ġesù , Marija u Ġużeppi; fl-1991 il-knisja saret ċentru ghall-attivitajiet pastorali.
Rettur
Dun Rafel Demartino
Familji: 62
Quddies
Ħdud u Festi: 11:00am
Ġranet Ferjali: 6:00pm (xitwa); 6:30pm (sajf)
Ta’ Mlit
Il-kappella hi dedikata lil Marija Omm il-Knisja u ġiet imbierka fit-30 ta’ Ottubru 1998. Id-Dar tad-Duttrina tlestiet f’Settembru 1999.
Rettur
Dun André Zaffarese
Familji: 700
Quddies
Ħdud u Festi: 9:00am, 10:30am
Sibtijiet filgħaxija: 6:00pm
Ġranet Ferjali: 7:15am 6:00pm
San Andrija
Iċ-Ċentru infetaħ fl-1991.
Rettur
Dun Antoine Borg
Familji: 400
Quddies
Ħdud u Festi: 8:00am
Ġranet Ferjali: 6:00pm
Santa Margerita Verġni u Martri
Iz-żona għandha kappella ddedikata lil Ġesù Feddej li tinsab fi Triq il-Midbaħ.
Rettur
Dun Salv Borg
Familji: 650
Quddies
Ħdud u Festi: 9.00am
Ġranet Ferjali: 6.30pm
Knisja Santa Margerita
Il-knisja hi antika ħafna u magħha hemm iċ-ċimiterju fejn indifnu dawk li mietu bil-pesta tal-1592.
Knejjes u Kappelli Filjali
Knisja ta’ San Anton Abbati
Il-knisja nbniet fl-1657 flok knisja oħra li kienet nbniet fl-1575.
Knisja ta’ San Silvestru
Il-knisja nbniet fl-1657; illum fiha jiġu mfakkra d-dehriet tal-Madonna f’Lourdes.
Quddies
Ħdud u Festi: 7:30am
Knisja ta’ San Leonardu
Din il-knisja nbiet fl-1659 flok knisja oħra li kienet teżisti fi zmien il-viżta pastorali ta’ Mons. Dusina fl-1575. Fiha ssir is-supplika tal-Madonna ta’ Pompej fit-8 ta’ Mejju.
Knisja tal-Kunċizzjoni
Il-knisja nbniet fl-1658, u reġgħet inbniet fl-1965 wara li ġiet meqruda mill-bombi fl-aħħar gwerra.
Knisja tal-Viżitazzjoni (Ta’ Wejda)
Il-knisja nbniet fl-1610: iġġarfet bil-gwerra, iżda reġgħet inbniet meta ntemmet il-gwerra.
Quddies
Ħdud u Festi: 8:30am
Knisja tal-Isperanza
Il-knisja nbniet fl-1761 fuq għar fejn skond it-tradizzjoni xebba minn Burmarrad staħbiet biex ma taqax f’idejn xi furbani Misilmin.
Rettur
L-Arċipriet
Quddies
Ħdud u Festi: 9:00 am
Ġranet Ferjali: 8:30 am
Knisja ta’ San Pawl l-Ewwel Eremita
Din il-knisja tinsab f’Wied il-Għasel. Fiha ssir festa ta’ San Pawl l-ewwel eremita, u tal- Verġni Marija Omm il-Grazzja.
Kappella ta’ Santa Marija (Ta’ Żejfi)
Triq il-Missjunarji Maltin, Mosta
Tinsab fl-inħawi tal-besbiżija. Mibnija mill-ġdid minn Dr Giovanni Maria Camenzuli fl- 1607.
Knisja tal-Kunċizzjoni (Ta’ Qali)
Triq Durumblat, Mosta
Kappella tal-Oratorju Qalb ta’ Ġesu’
Triq it-Torri, Mosta
Quddies
Ħdud u Festi: 7:00 pm
Kappelli tar-Reliġjużi
Kappella ta’ Santa Monika
Is-Sorijiet Agostinjani fetħu dar fil-Mosta fl-1929, iżda tant kibret il-ħidma tagħhom li ħassew il-ħtieġa li jibnu istitut ġdid fl-1952. il-kappella ta’ l-istitut hi miftuħa għan-nies.
Quddies
Ħdud u Festi: 7:00am, 8:30am
Sibtijiet: 6:30am; 6:30pm
Ġranet Ferjali: 6:30am
Kappella Madonna tal-Karmnu
Is-sorijiet Franġiskani tal-Qalb ta’ Ġesù fetħu d-dar “Pax et Bonum” fil-Mosta fl-1961 bħala dar għall-anzjani.
Quddies
Ħdud u Festi: 6:30, 9:30am
Ġranet Ferjali: 6:30, 9:00am
Kappella tal-Adorazzjoni
Mustina
Indirizz:
Sorijiet tal-Bon Pastur
Dar Sta Euphrasia,
Triq Ġwanni XXIII,
Mosta, MST 1123
Ħinijiet tal-Ftuħ:
Mit-Tnejn sal-Ġimgħa (barra l-Ħamis):
8:30am – 9:00pm
Il-Ħamis u s-Sibt:
8:30am – 6:00pm