L-inħawi tal-Qawra u Buġibba marbutin ma’ San Pawl il-Baħar, raw żvilupp mgħaġġel fil-popolazzjoni. Din iż-żona kienet f’idejn il-komunita’ tal-Patrijiet Franġiskani Konventwali ta’ San Pawl il-Baħar. Il-quddies għan-nies residenti u tas-sajf, kien isir fil-knisja ċkejkna ta’ San Massimiljan u kappelli oħra. L-idea li tinbena knisja akbar kienet ilha tberren f’moħħ l-awtoritajiet ekklezjastiċi. Fid-29 t’Awwissu 1993 sar it-tberik tal-ewwel ġebla tal-knisja l-ġdida; u tliet snin wara, fis-sajf tal-1996, għalkemm mhux kompletament lesta, beda jsir il-quddies fil-knisja l-ġdida. Il-knisja, fuq pjanta tal-Perit Richard England, hi ddedikata lil San Franġisk t’Assisi u mmexxija mill-Patrijiet Fanġiskani Konventwali. B’digriet tat-8 ta’ Diċembru 2004, il-Qawra ġiet dikjarata parroċċa ddedikata lil San Fraġisk fl-għoti tal-pjagi.
Popolazzjoni: 13,678
Familji: 2,500
Kappillan
Patri Andrew Galea OFM Conv.
Uffiċċju Parrokkjali
Kunvent ta’ San Franġisk,
Triq Annetto Caruana
Qawra SPB 1211
Ħinijiet tal-Uffiċċju
It-Tnejn u l-Erbgħa:
4:30 – 6:00 pm
Is-Sibt:
9:30 – 11:00 am
Website
Parrocca Qawra San Franġisk
Imejl
parrocca.qawra@maltadiocese.org
Telefon
21 577088
Saċerdoti
Rev. Andrew Galea OFM Conv, Kappillan
Rev. Christopher Galdes OFM Conv
Rev. Thomas Calleja OFM Conv
Rev. George Buttigieg OFM Conv
Rev. Jacob Kurishummootil OFM Conv
Quddies
Ħdud u Festi: 8:00 am, 9:30 am, 11:00 am (bl-Ingliż); 6:30 pm
Sibtijiet filgħaxija: 6:30 pm
Ġranet Ferjali: 7:30, 8:30 am; 6:30 pm
Knisja ddedikata lil San Massimilianu Kolbe
Din il-Knisja toffri servizzi reliġjużi lir-residenti ta’ Buġibba.
Indirizz
St Simon Str,
Bugibba SBP 2572
Telefon
2157 3619
Rettur
Patri Francis Deguara OFM Conv
Quddies
Xitwa:
Ħdud u Festi: 9:00 am; 7:00 pm
Sibtijiet: 8:00 am; 7:00 pm
Ġranet Ferjali: 8:00 am
Sajf:
Ħdud u Festi: 7:30 am, 9:00 am; 7:00 pm
Sibtijiet: 8:00 am; 5:30 pm; 7:00 pm
Ġranet Ferjali: 8:00 am; 7:00 pm