In-Naxxar kien wieħed mill-għaxar parroċċi li kien hawn f’Malta fl-1436. Il-knisja li hemm illum inbniet minn Tumas Dingli bejn is-snin 1616 u 1630, u biż-żmien żdiedulha n-navati tal-ġnub u saret faċċata ġdida.
Numru ta’ parruċċani: 15,500
Numru ta’ familji: 4,300
Knisja Arċipretali Ta’ Marija Bambina
Data tad-Dedikazzjoni 11 ta’ Diċembru 1729
Arċipriet
Dun David Gauci
Uffiċċju Parrokkjali
Domus Curialis
133 Triq il-Kbira
Naxxar
Ħinijiet tal-Uffiċċju
It-Tlieta, l-Ħamis u l-Ġimgħa
10.00 – 11.30 am
5.00 – 6.30 pm
Website
Parrocca Marija Bambina Naxxar
parrocca.naxxar@maltadiocese.org jew bambinanaxxar@gmail.com
Telefon
Uffiċċju: 2143 5376
Dar: 2141 2475
Knisja: 2143 7767
Presbiterju Parrokkjali
Dun. David Gauci, Arċipriet
Dun Stefan Galea, Viċi
Dun Gerald John Micallef, Viċi
Patri Salv Sammut S.J., Awziljarju
Dun Tony Agius
Kan Dun Michael Agius, Rettur S. Pawl tat-Tarġa
Dun Ray Zammit, Rettur Sgħajtar
Kunsill Pastorali Parrokkjali
President: Ms Claire Zammit
Segretarja: Ms Dorothy Fenech
Quddies
Ħdud u Festi: 6.00am, 7.00am, 8.30am, 9.30am, 11.00am ; 5.00pm u 6.30pm. (Minn Ġunju sa’ Settembru fil- 5.30pm u 6.30pm).
Sibtijiet Filgħaxija: 5.00pm u 6.30pm
Ġranet Ferjali: 6.00am, 6.45am, 7.45am, 8.45am u 6.30p.m.
L-ewwel Ġimgħa tax-xahar: 5.00pm
Knejjes Filjali
Knisja ta’ San Ġwann
Inbniet wara s-sena 1575 u ġiet magħluqa fl-1658 flimkien ma’ ħafna knejjes oħra tal-kampanja mill-isqof Balaguer; inbniet mill-ġdid fis-seklu tmintax.
Rettur
Dun. David Gauci, Arċipriet
Quddies
Ħdud u Festi: 7.30 am
Ġranet Ferjali: 7.00 am
Knisja tal-Kunċizzjoni
Inbniet fil-bidu tas-seklu sbatax u fiha jinsab il-fdal tal-martri San Fidiel li kien inġieb minn Ruma fl-1839.
Rettur
P. Danjel Bonello OP
Quddies
Ħdud u Festi: 7.30 am
Kuljum: 7.00 am
Il-Ħamis: 7.00 am u 5.00 pm
Kappella ta’ Santa Luċija
Il-kappella hija antika ħafna u kienet teżisti fis-sena 1500; inbniet mill-ġdid fis-seklu sbatax.
Rettur
Dun. David Gauci, Arċipriet
Quddies
Ħdud u Festi: 8.00am
Ġranet Ferjali: 7.00am
Knisja ta’ Santa Marija tal-Magħtab
L-ewwel knisja nbniet fl-1500 u reġgħet inbniet qrib is-sena 1690.
Rettur
Dun. David Gauci, Arċipriet
Quddies
Ħdud u Festi: 7.00 am
Knisja ta’ San Ġakbu
Inbniet fis-seklu sittax u ngħalqet fl-1658 flimkien ma’ ħafna knejjes oħra tal-kampanja; infetħet mill-ġdid xi għoxrin sena wara.
Rettur
Dun. David Gauci, Arċipriet
Quddies
Fil-festa: 24 u 25 ta’ Lulju fis-7.30 pm
Santwarju Ġesú Ħniena Divina (San Pawl tat-Tarġa)
Rettur
Kan. Dun Michael Agius
Quddies
Il-Ġimgħa: Adorazzjoni u Quddiesa bejn it-3.00pm u l-4.00pm
Ġranet Ferjali – 8.30 am
Is-Sibt: 4.30pm, 6.30pm
Ħdud u Festi: 8.30am – 10.00am u 11.30am (Bl-Ingliż)
Kappella ta’ San Pawl tat-Tarġa
Il-Kappella San Pawl tat-Tarġa tinsab in-Naxxar fiz-Zona “San Pawl tat-Tarġa.” Hemm tradizzjoni antika ħafna li tgħid li din il-knisja tinsab fil-post fejn San Pawl ippriedka u nstema’ anke minn Għawdex. Il-Knisja li hemm illum inbniet fis-sena 1696, skond id-data li hemm fuq il-bieb tal-ġenb. Fiha jistgħu jsiru żwiġijiet.
Rettur
Kan. Dun Michael Agius
Kappella Familja Mqaddsa (Sgħajtar)
Rettur
Dun Raymond Zammit
Telefon
21419515 – 79950440
Website
www.centrupastoralisghajtar.org
Quddies
Ħdud u Festi: 8.15am u fl-10.15am
Mit-Tnejn sal-Ġimgħa: 7.00pm
Is-Sibt: 6.00 pm u fis-7.30pm
Kappella ta’ Santa Marija tax-Xagħra
Inbniet għall-ħabta tal-1500, u reġgħet inbniet fl-1690 bl-għajnuna tad-devoti tagħha li kienu jżuruha sikwit. Skond tradizzjoni qawwija, ċertu kavallier, kunjomu Xara, għamel wegħda lill-Madonna li jekk teħilsu mill-għarqa jibni kappella għad-unur tagħha. Malli qala l-grazzja temm il-wegħda li kien għamel u bena din il-kappella fil-kampanja tan-Naxxar.
Rettur
Kan. Dun Mikiel Agius
Santwarju tal-Madonna tat-Triq
Fl-1945 il-Markiż Scicluna ta lill-Ġizwiti d-dar tiegħu tan-Naxxar biex jużawha bħala novizzjat; madwar din id-dar qadima l-Ġizwiti tellgħu korp ta’ bini ġdid bejn 1950 u 1954. Il-kappella tad-dar hi dedikata lill-Madonna tat-Triq.
Rettur
P. Paul Chetcuti S.J.
Telefon
21410348, 21410349
Quddies
Ħdud u Festi: 6.30am u 7.30am
Ġranet Ferjali: 6.15am u 7.00am u 8.15am
Kappella tal-Madonna tad-Duluri – Ċimiterju San Ġorġ
Iċ-ċimiterju beda jimbena fl-1932 u tliet snin wara sar l-ewwel dfin fih.
Quddies
Mit-Tnejn sal-Ħamis: Ruzarju fl-4.30pm u Quddiesa fil-5.00pm
Il-Ġimgħa: 4.30 pm
Is-Sibtijiet: 7.45am
Kull l-ewwel Tnejn tax-xahar: 10.00am (apparti l-quddies fil-5.00pm)
Kappella ta’ Ġesù Rxoxt – Residenza tal-Anzjani f’Hilltop Gardens
Mit-Tnejn sal-Ġimgħa: 4.30 p.m.
Is-Sibt: 5.00 p.m. u fis-7.00 p.m.
Il-Ħadd: 10:30 a.m. (Malti) u fil-11:30 a.m. (bl-Ingliż)
Kappella tal-Adorazzjoni
Kappella ta’ Santa Marija tax-Xagħra
Indirizz:
Triq F.W. Ryan, in-Naxxar
Ħinijiet:
Mit-Tnejn sal-Ġimgħa:
9.00am – 12.00am
4.00pm – 7.00pm
Kappella ta’ San Pawl tat-Tarġa
Indirizz:
Triq San Pawl, in-Naxxar
Ħinijiet:
Il-Ġimgħa: 9.30am-10.30am