Il-knisja ta’ San Pawl hi mibnija fuq il-foss tal-belt Rumana li kienet tħaddan ukoll parti sewwa mir-Rabat. Hi wkoll mibnija fuq għar fejn skond tradizzjoni qadima kien jgħammar San Pawl tul it-tliet xhur li dam Malta fis-sena 60 w.Kr. Fis-sena 1336, l-Isqof ta’ Malta Ilarju sejħilha ecclesia Sancti Pauli de crypta u semma wkoll iċ-Ċimiterju u l-foss tagħha. Tul is-snin inbnew diversi knejjes fuq dan il-għar kemm mid-djoċesi u kemm mill-Kavallieri ta’ San Ġwann. Il-knisja li hemm illum, li hi wkoll kolleġġjata, inbniet bil-ġenerożita tan-nobbli Guzmana Navarra fuq il-pjanta ta’ F. Bonamico fl-1653 u tlestiet minn Lorenzo Gafà fl-1683.
Numru ta’ parruċċani: 14,000
Numru tal-familji: 3,100
Knisja Arċipretali Kolleġġjata ta’ San Pawl
Data tad-Dedikazzjoni: 21 ta’ Settembru 1726
Arċipriet
Kan. Louis Suban
Uffiċċju Parrokkjali
Ċentru Parrokkjali
37, Triq Il-Kbira
Rabat RBT 1014
Ħinijiet tal-Uffiċċju
It-Tnejn, it-Tlieta, l-Erbgħa, il-Ġimgħa
9:00 am – 10:15 am
5:00 pm – 6:00 pm
Telefon
Uffiċċju: 2145 4467
Dar: 2145 1405
Imejl
parrocca.rabat@maltadiocese.org
Websajt
Presbiterju Parrokkjali
Kan. Louis Suban, Arċipriet
Kan. Claude Mifsud – Viċi Arċipriet
Kan. John Buhagiar
Dun Joseph Fsadni
Saċerdot residenti fil-Parroċċa
Mons. Ġwann Azzopardi
Kunsill Pastorali Parrokkjali
President: Kan. Louis Suban, Arċipriet
Moderatriċi: Sra Marlene Borg
Segretarja: Sra Mary Buttigieg
Quddies
Ħdud u Festi: 6:00, 7:30, 9:00, 10:30am, 12:00 pm u 6:00pm
Sibtijiet Filgħaxija: 4:30 pm; 6:00 pm
Ġranet Ferjali: 6:00, 7:45, 8:30 am; 6:00pm
Knejjes Filjali
Knisja ta’ San Publiju
L-ewwel knisja li nbniet fuq l-għar ta’ San Pawl kienet dik li bena Juan Benaguas li ġie f’Malta fl-1630; il-knisja ġiet mibnija mill-ġdid fl-1713 wara li fl-1629 ġiet konsagrata bħala kolleġġjata regolari ta’ l-Ordni Ġerosolmitan. Fl-1962 il-knisja ngħaqdet mal-knisja ta’ San Pawl.
Rettur
L-Arċipriet
Ċentru Pastorali San Luqa – Nigret
Bl-iżvilupp kbir li sar fin-naħa tan-Nigret, inħasset il-ħtieġa ta’ knisja għal dawk l-inħawi: sakemm tinbena din il-knisja, l-ħidma pastorali qed issir miċ-Ċentru Pastorali. Jistgħu jiġu ċelebrati żwiġijiet f’din il-Knisja.
Rettur
Kan. John Buhagiar
Indirizz
Ċentru Pastorali San Luqa
Triq Nigret,
Rabat RBT 4608
Telefon
2145 3347
Imejl
Quddies
Ħdud u Festi: 8:00, 9:30 am
Sibtijiet Filgħaxija: 7:00 pm
Ġranet Ferjali: 7:00 am
Knisja San Katald
Il-knisja hi mibnija fuq kripta antika u katakombi; xi kultant tintuża għall-Quddies.
Rettur
Arċipriet
Knisja ta’ San Sebastjan
L-ewwel knisja nbniet fl-1477, reġgħet inbniet fl-1519 u ġiet restawrata fl-1751. Illum qed jieħdu ħsiebha is-sorijiet tal-Karità li għandhom il-kunvent tagħhom jinfed magħha. Fil-knisja jistgħu jsiru ż-żwiġijiet.
Rettur
L-Arċipriet
Quddies
Kuljum: 6:30 am
Knisja tat-Twelid tal-Verġni Marija (Ta’ Qasgħa)
Il-knisja nbniet għall-ħabta tas-sena 1550 minn Ċensu Qasgħa; reġgħet inbniet xi mija u ħamsin sena wara; magħha hemm ċimiterju.
Rettur
L-Arċipriet
Knisja ta’ Duna
Il-knisja nbniet fis-seklu sittax u tkabbret mitejn sena wara; tintuża għal-laqgħat tal-membri tal-Leġjun ta’ Marija.
Rettur
L-Arċipriet
Knisja ta’ San Bert
Il-knisja nbniet għall-ħabta tas-sena 1550 u aktar tard ġiet restawrata; illum tintuża għall-Adorazzjoni Ewkaristika nhar ta’ Tnejn, Erbgħa u Ġimgħa bejn id-9.00 am u l-5.00 pm.
Rettur
L-Arċipriet
Viċendi Fil-Kampanja (Knejjes Rurali)
Baħrija – Knisja San Martin
Il-knisja nbniet mill-Konti Navarra fis-seklu sittax; illum il-popolazzjoni tal-Baħrija kibret ħafna u nħasset il-ħtieġa li tinbena knisja akbar għall-ħtiġijiet spiritwali tan-nies tal-post: fiha jistgħu jsiru ż-żwiġijiet.
Rettur
Fr Ray Francalanza OSA
Indirizz tal-Uffiċċju
Dar San Martin
Triq Patri Tumas Xerri
Baħrija RBT 6025
Imejl
Telefon
2145411, 79538289
Quddies
Ħdud u Festi 7:00 am, 9:00 am
Sibtijiet filgħaxija: 5:30pm (xitwa); 6:00pm (sajf)
Ġranet Ferjali: 6.00pm (xitwa), 6.30pm (sajf)
Mtaħleb – Knisja tat-Twelid tal-Madonna
Il-knisja qiegħda fuq l-għoli tal-wied u nbniet fl-1607.
Rettur
Dun Joe Fsadni
Quddies
Sibtijiet u lejlet il-Festi 6:00 pm (sajf); 4:30 pm (xitwa)
Għemieri – Knisja tat-Twelid tal-Vergni Marija
Il-knisja hi parti mill-Palazzo Gomerino.
Buskett – Knisja ta’ San Anton Abbati
Il-knisja nbniet fl-1663 mill-Gran Mastru Nikola Cotoner u hi dedikata lil San Anton Abbati; fiha hemm ukoll kwadru ta’ San Nikola. Mill-1975 sa l-1986 kienet magħluqa għall-pubbliku, iżda mbagħad reġgħet bdiet tintuża min-nies ta’ l-inħawi, kif kienet tintuża qabel l-1975: jieħdu ħsiebha l-patrijiet Agostinjani tar-Rabat.
Rettur
P. Raphael Abdilla OSA
Quddies
Ħdud u Festi: 8:00 am
Sibtijiet: 7:00 pm
L-ewwel ġimgħa tax-xahar: 7:00 pm
Tad-Daħla – Knisja ta’ Santa Katerina
Il-knisja nbniet għall-ħabta tas-sena 1550 u ġiet restawrata aktar tard; fiha jistgħu jsiru ż-żwiġijiet.
Rettur
L-Arċipriet
Quddies
Ħdud u Festi: 4:00pm (Sajf)
Sibtijiet: 4:30pm (Sajf); 6:30pm (Xitwa)
Wied Gerżuma – Knisja tal-Kunċizzjoni
Il-knisja riedha l-Granmastru de Paule iżda nbniet fi żmien il-Granmastru Vilhena: fiha jistgħu jsiru ż-żwiġijiet.
Rettur
Fr Ray Francalanza OSA
Quddies
Ħdud u Festi: 4:30 pm
Is-Sibtijiet: 7:15 pm
Tas-Salib – Knisja tat-Twelid tal-Madonna
Il-knisja nbniet fl-1550 u għamlet żmien twil magħluqa.
Rettur
Arċipriet
Knejjes Immexxija mir-Reliġjużi
Knisja tal-Madonna ta’ l-Għar (Dumnikani)
Id-Dumnikani ġew Malta fl-1450 u bnew l-ewwel kunvent tagħhom fir-Rabat fuq għar fejn jingħad li l-Madonna kienet kelmet lil wieħed kaċċatur, li kien daħal jistkenn fih. Fil-knisja jistgħu jsiru żwiġijiet.
Data tad-Dedikazzjoni: 21 ta’ Ottubru
Rettur
Patri Christopher Caruana OP, Pirjol
Telefon
2145 4592
Indirizz
Misraħ San Duminku
Rabat RBT 2521
Quddies
Ħdud u Festi: 7:00, 8:30, 10:00 u 11:15 am (bl-Ingliż)
Sibtijiet Filgħaxija: 6:30 pm
Ġranet Ferjali: 6:00, 7:30 am, 12:15 pm (Xitwa biss), 6:30 pm
Knisja ta’ Santa Marija ta’ Ġesù (Franġiskani Minuri)
Il-Franġiskani Minuri ġew Malta fl-1492 u l-ewwel kunvent tagħhom kien fir-Rabat: f’dan il-kunvent il-Granmastru L’Isle Adam kellu ċella għalih. Fl-1757 il-knisja ġiet imkabbra b’kontribuzzjonijiet mill-Italja, minn Spanja u mill-Portugall u ġiet konsagrata mill-Isqof Labini fl-1790. Fil-knisja hemm l-oratorju ta’ l Arċikonfraternita’ ta’ San Ġużepp. Jistgħu jsiru żwiġijiet fil-knisja.
Data tad-Dedikazzjoni: 31 ta’ Ottubru 1790
Rettur
P. Martin Coleiro OFM
Telefon
2145 4594
Indirizz
Triq San Pawl
Rabat RBT 1245
Quddies
Ħdud u Festi: 6:00, 8:30 u 11:00 am
Sibtijiet Filgħaxija: 6:30pm (Sajf); 6:00pm (Xitwa)
Ġranet Ferjali: 6:30, 7:30 am; 6:00 pm (Xitwa); 6:30 pm (Sajf)
Knisja ta’ San Frangisk tal-Pjagi (Franġiskani Konventwali)
Il-Franġiskani Konventwali ġew Malta xi żmien qabel is-sena 1347, u kellhom l-ewwel kunvent u knisja tagħhom ħdejn l-isptar San Franġisk li biż-żmien beda jssejjaħ l-isptar ta’ Santu Spirtu. Qrib is-sena 1640 il-kunvent reġa’ nbena mill-ġdid għax kien qdiem ħafna, u mbagħad il-knisja ġarrbet ħsarat kbar bit-terremot tas-sena 1693. Il-knisja nbniet mill-ġdid fl-1701 minn Lorenzo Gafa. F’din il-knisja beda jiġi meqjum kwadru tal-Madonna tas-Saħħa; biż-żmien il-kwadru nbidel, iżda d-devozzjoni kibret, u hemm rabta kbira ma’ l-isptarijiet ta’ Santu Spirtu u ta’ Sawra li jinsabu fil-qrib. Il-kwadru tal-Madonna ġie nkurunat fl-4 ta’ April 1948. Jistgħu jsiru żwiġijiet fil-knisja.
Data tad-Dedikazzjoni: 22 ta’ Settembru 1908
Santwarju Madonna tas-Saħħa
Rettur
P. Provinċjal
Telefon
2145 4225
Mobile
99447731
Indirizz
Triq San Franġisk
Rabat RBT 1051
Quddies
Ħdud u Festi: 6:30, 8:00 u 9:30 am
Sibtijiet Filgħaxija: 6:15 pm
Ġranet Ferjali: 6:45, 7:30 am; 6:15 pm
Knisja ta’ San Mark (Agostinjani)
L-Agostinjani ġew Malta fis-sena 1383 u kellhom il-kunvent tagħhom barra s-swar ta’ l-Imdina; dan twaqqa’ fl-1551 minħabba t-theddid tat-Torok, u reġa’ nbena fl-1555 ħdejn il-knisja antika ta’ San Mark mogħtija lill-patrijiet mill-Kapitlu tal-Kattidral. Il-kunvent u l-knisja li hemm illum inbnew fl-1558. Fil-knisja jistgħu jsiru ż-żwiġijiet.
Data tad-Dedikazzjoni: 26 ta’ Ġunju 1906
Rettur
P. David Cortis OSA Pirjol
Telefon
2145 4111
2145 9014
Indirizz
Kunvent San Mark
Triq Santu Wistin
Rabat, RBT 1117
Quddies
Ħdud u Festi: 7:30, 10:00 am
Sibtijiet Filgħaxija: 6:00 pm
Ġranet Ferjali: 7:00 u 6:00 pm
(bejn Lulju u Settembru ma ssirx il-Quddiesa tas-6:00 pm)
Knisja tal-Lunzjata (Karmelitani)
Il-knisja u l-kunvent tal-Lunzjata nbnew fl-1418 bi flus in-nobbli Katerina d’Alagona u ngħataw lill-Karmelitani li kienu għadhom kemm ġew Malta. Fl-1662 parti kbira mill-kunvent twaqqgħet u bil-ġebel inbena l-kunvent tal-Karmnu fl-Imdina. Il-Karmelitani reġgħu ħadu f’idejhom dan l-ewwel kunvent tagħhom fl-1975 u bnew ħdejh kumpless biex iservi bħala Dar tat-Talb, li ġiet miftuħa fl-1990. Fil-knisja jistgħu jsiru ż-żwiġijiet.
Rettur
P. Amadeo Zammit O.Carm.
Telefon
2145 9021
Indirizz
Dar tat-Talb
“Lunzjata”
Rabat
Quddies
Ħdud u Festi: 4:00 pm
Nhar ta’ Erbgħa: 5:00 pm (xitwa); 6:00 pm (sajf)
Knisja ta’ Sant’Agata (Soċjetà Missjunarja ta’ San Pawl)
Il-knisja hi mibnija fuq kripta antika li minnha wieħed jgħaddi għall-katakombi. Il-knisja nbniet fl-1570 u ġiet imkabbra fl-1670. Ġiet mogħtija lis-Soċjeta’ Missjunarja ta’ San Pawl li kienet għadha kemm twaqqfet minn Mons. Ġiuseppe Depiro u fl-1932 tqegħdet l-ewwel ġebla ta’ dik li hija l-“Motherhouse” tas-Soċjeta’. Fil-knisja jistgħu jsiru żwiġijiet.
Rettur
P. Frankie Cini MSSP
Telefon
2145 0503
Indirizz
The Motherhouse
Sant’ Agata
Rabat
Quddies
Ħdud u Festi: 7:00 am
Ġranet Ferjali: 6:30 am
Depiro Youth Centre – Kappella Marija Omm il-Knisja
Rettur
P. Karm Debattista MSSP
Telefon
2145 9222
Quddies
Ħdud u Festi: 8:30 am
Djar / Kunventi Tar-Reliġjużi Nisa
Sorijiet Agostinjani
8, Triq Zondadari, Rabat RBT 1170
Tel: 2145 4121
Sorijiet Dorotej
11, Triq Alessandro Curmi, Tal-Virtù, Rabat RBT 2650
Tel: 2145 4429
Sorijiet Dumnikani
71, Triq Alessandro Curmi, Tal-Virtù, Rabat RBT 2652
Tel: 2145 4893
Sorijiet ta’ San Ġużepp ta’ l-Apparizzjoni
Misraħ San Duminku, Rabat RBT 2523
Tel: 2145 92757 (Dar għall-Irtiri: Tel 2145 4612)
Sorijiet tal-Karità
23, Casa Santa Giovanna Antida, Triq Santu Rokku, Rabat RBT 2402
Tel: 2145 4627
Sorijiet tal-Qalb ta’ Ġesù
Kunvent tas-Sacred Heart, Tal-Virtù, Rabat, RBT 2604
Tel: 2145 4131
Ulied il-Qalb ta’ Ġesù
70, Kunvent Mons Pietro Pace Convent, Triq Ġorg Borg Olivier, Rabat, RBT 9042
Tel: 2145 4314
Sorijiet Ursolini
70, Triq Tal-Virtù, Rabat RBT 2602
Tel: 2145 4226
Kappella tal-Adorazzjoni
Kappella ta’ San Bartilmew
Indirizz
Triq San Bartilmew, Rabat
Ħinijiet tal-Ftuħ
Mit-Tnejn sas-Sibt
9:00 am – 5:00 pm