Is-Siġġiewi ilu parroċċa minn qabel is-sena 1436, iżda mill-knisja l-qadima ma fadalx ħlief parti minn xi kappella. Il-knisja li hemm illum bdiet timbena fl-1675 fuq disinn ta’ Lorenzo Gafà; tlestiet tlettax-il sena wara u ġiet dedikata lil San Nikola ta’ Bari. Fl-1862 tkabbret fuq disinn ta’ Dr. Nikol Zammit.
Numru ta’ Parruċċani: 7,700
Numru ta’ Familji: 2,500
Knisja Arċipretali Ta’ San Nikola Ta’ Bari
Data tad-Dedikazzjoni: 1 ta’ Mejju 1729
Arċipriet
Dun Josef Mifsud
Uffiċċju Parrokkjali
37 Triq il-Parroċċa
Is-Siġġiewi SGW 1530
Ħinijiet tal-Uffiċċju
It-Tnejn, l-Erbgħa u l-Ġimgħa
Sajf: 5:30pm – 6:30pm
Xitwa: 4:30pm – 6:00pm
parrocca.siggiewi@maltadiocese.org
Website
Telefon
2146 0827
Presbiterju Parrokkjali
Dun Josef Mifsud, Arċipriet
Dun Nikol Aquilina
Dun Martin Micallef
Dun Ġorġ Grima
Mons. Danjel Schembri
Dun Mark Spiteri
Saċerdoti residenti fil-Parroċċa
Dun Dione Cutajar
Dun Joe Gatt
Dun Reuben Gauci
Mons. Pawl Vella
Dun Dunstan Xuereb
Kunsill Pastorali Parrokkjali
President: Dun Josef Mifsud, Arċipriet
Moderatur: Mr George A. Said Zammit
Segretarja: Ms Roberta Farrugia
Kunsill Ekonomiku Parrokkjali
President: Dun Josef Mifsud, Arċipriet
Segretarju: Sur Joseph Agius
Membri: Sur Charles Abela, Sur Carmel Abela, Sur Tarcisio Pace
Quddies
Ħdud u Festi: 6:00, 7:00, 8:00, 9:30, 11:00 am; 5:30 pm
Sibtijiet Filgħaxija: 5:15 u 6:30 pm
Ġranet Ferjali: 5:30, 6:15, 7:00, 7:45 am; 6:30 pm
Knejjes Filjali
Ċentru Pastorali Trinità Qaddisa
Iċ-Ċentru Pastorali nfetaħ biex jieħu ħsieb ħidma pastorali fost in-nies li joqogħdu f’parti ġdida tar-raħal.
Quddies
Ħdud u Festi: 8;15 am
Nhar ta’ Erbgħa u nhar ta’ Ġimgħa: 7:00 am.
Knisja ta’ San Mark
Il-knisja nbniet fl-1608 flok knisja oħra aktar antika dedikata lil San Ġwann l-Evanġelista.
Rettur
Dun Ġorġ Grima
Quddies
Ġranet Ferjali: 8:00 am
Knisja tal-Madonna tal-Providenza
Il-knisja tinsab fejn fl-antik kien hemm ir-raħal ta’ Ħal Kbir u l-knisja ta’ dan ir-raħal kienet dedikata lill-ħarba fl-Eġittu; il-knisja ingħalqet mill-Isqof Alpheran iżda reġgħet inbniet fl-1747 u ġiet imbierka fl-1753. Fl-1815 inbnielha portiku biex tissaħħaħ wara l-ħsarat li ġarrbet mis-sajjetti u minn terrimot. Issir il-festa fil-15 ta’ Awissu.
Knisja ta’ Santa Marija ta’ Ħax-Xluq
Il-knisja nbniet fis-seklu ħmistax, iżda mir-raħal ta’ Ħax-Xluq ma fadal xejn ħlief palazz li llum hu razzett imdawwar bl-għelieqi : issir il-festa l-Ħadd wara l-15 ta’ Awissu.
Knisja tal-Madonna tal-Karmnu fil-Fawwara
Il-knisja hi proprjetà tal-fratellanza tal-Karità fil-knisja ta’ San Pawl, il-Belt (legat Gerolamo Ciantar). Il-fratellanza tiċċelebra l-festa l-Ħadd wara s-16 ta’ Lulju.
Dar tal-Providenza
Fl-1962 l-Azzjoni Kattolika Maltija ħadet mingħand in-Navy ingliża ir-Rest Camp li kellha fis-Siġġiewi biex iservi bħala post għas-“summer camps” li dak iż-żmien l-Azzjoni Kattolika kienet torganizza għall-aspiranti tagħha. Fl-1965 beda x-xogħol ħa jseħħ il-ħsieb ta’ Mons. Dun Mikiel Azzopardi li jinbnew blokki ta’ bini ha jkunu xi ħaġa bħall-Istitut li San Ġużepp Cottolengo kien waqqaf f’Turin. Illum fid-Dar tal-Provvidenza hemm il-Villa Mons. Gonzi għaż-żgħar, il-Villa Papa Luciani għal dawk li huma awtonomi, u l-Villa Papa Giovanni għall-kbar.
Direttur
Dun Martin Micallef
Quddies
Sibtijiet, Ħdud u Festi: 10:00 am
Ġranet Ferjali: 4:00 pm (barra l-Erbgħa)
L-Erbgħa: 9:30am
Kappella tal-Lunzjata fil-Fawwara
Il-kappella nbniet fl-1619 iżda l-Isqof Balaguer għalaqha fl-1658. Inbniet mill-ġdid fl-1716 u tinsab fuq Ġebel Ciantar fid-daħla tal-Fawwara.
Kappella tal-Lunzjata ta’ l-Għolja
Inbniet fl-1430 mill-Kan. Bartilmew Tonna, reġgħet inbniet fl-1464 u reġgħet inbniet ukoll fl-1650; iġġarfet bit-terrimot tal-1693 iżda s-sena ta’ wara nbniet mill-ġdid bi flus in-nies tax-xwieni; terrimot ieħor reġa’ ġarrafha fl-1856, u nbniet mill-ġdid sena wara.
Kappella ta’ San Ġwann Battista
Il-knisja nbniet għall-habta tas-sena 1730 u magħha nbniet dar għar-rettur u sptar tal-Kapuċċini. Fi żmien il-gwerra serviet bħala knisja għall-Kapuċċini rifuġjati fis-Siġġiewi. Il-festa’ ssir l-aħħar Ħadd ta’ Awissu.
Knisja ta’ Santa Marija ta’ Ċwejra
Il-knisja bnewha d-Duminkani tal-Birgu fl-1742 fuq biċċa art li tahielhom il-Granmastru Despuig.
Kappella tal-Adorazzjoni
Kappella ta’ San Ġwann
Indirizz:
Pjazza San Nikola, Siġġiewi
Ħinijiet tal-Ftuħ:
6:00am – 10:00pm