-
Iż-Żoni magħrufa bħala is-Swatar u Tal-Qattus kienu jiffurmaw parti mill-Parroċċi ta’ Birkirkara (Santa Elena). Peress li dawn iz-zoni kienu bdew jiżviluppaw ġmielhom, inħass il-bżonn li jiżdied is-servizz pastorali għalihom. Fl-1989 il-Kanonku Dun Karm Busuttil, beda jiċċelebra l-Quddiesa fiċ-Ċentru tal-MUSEUM u f’xi djar sakemm tlesta ċ-Ċentru Pastorali. Fl-2004 tlestiet il-Knisja u b’digriet tat-3 ta’ Diċembru 2006, is-Swatar sar Żona Pastorali Awtonoma. Mons. Arċisqof Pawl Cremona O.P. stabbilixxa z-Zona Awtonoma tas-Swatar bħala Parroċċa taħt it-titolu ta’ San Ġorġ Preca, b’seħħ mit-8 ta’ Novembru 2008.
Numru ta’ Parruċċani: 5,600
Numru ta’ Familji: 1,600
-
Parroċċa dedikata lil San Ġorġ Preca
-
Kappillan
Dun Robert Grech
-
Uffiċċju Parrokkjali
Triq il-Graffitti Navali
Swatar BKR 4121
-
Ġranet tal-Uffiċċju
It-Tnejn u l-Ġimgħa
5.00pm – 6.15 pm
-
Telefon
2149 8757; 99236639
-
Presbiterju Parrokkjali
Dun Robert Grech, Kappillan
Kunsill Pastorali Parrokkjali
President: Dun Robert Grech, Kappillan
Moderatur: Ms Joyce Mifsud
Segretarja: Ms Daniela Attard
-
Quddies
Ħdud u Festi: 7.30, 9.00, 10.30 am u 6.30 pm
Mit-Tnejn sas-Sibt: 9.00 am u 6.30 pm
-
Kappella tal-Adorazzjoni
Indirizz:
Triq it-Torri, SwatarĦinijiet tal-Ftuħ:
6.30am – 7.30pm
Minħabba r-restrizzjonijiet marbutin mal-COVID-19, il-ħinijiet tal-quddiesa nbidlu
Agħfas hawn biex tara l-ħinijiet il-ġodda
Agħfas hawn biex tara l-ħinijiet il-ġodda