Iż-Żejtun

  • Iż-Żejtun, li fl-antik kien magħruf bħala Bisqallin, hu waħda mill-parroċċi li kienu ġa jeżistu fl-1436, u sa kemm inbniet il-knisja li hemm illum, il-knisja antika ta’ Santa Katarina, magħrufa bħala ta’ San Girgor il-qadim, kienet il-knisja Parrokkjali. Il-knisja li hemm illum nbniet bejn il-1692 u 1720 u hi waħda mill-isbaħ opri ta’ Lorenzo Gafà.

    Numru ta’ Parruċċani: 13,000

    Numru ta’ Familji: 3,902

  • Knisja Arċipretali ddedikata lil Santa Katerina, Verġni u Martri

    Data tad-Dedikazzjoni 10 ta’ Mejju 1774

  • Arċipriet

    Dun Nicholas Pace

  • Uffiċċju Parrokkjali

    2 Triq San Girgor

    Żejtun

    ŻTN 1021

  • Ħinijiet tal-Uffiċċju

    It-Tnejn:

    4.30 – 7.00 pm

    It-Tlieta, l-Erbgħa u l-Ġimgħa:

    9.00 – 12.00pm

    4.30 – 7.00 pm

  • Telefon

    21804273 

  • Presbiterju Parrokkjali

    Dun Nicholas Pace, Arċipriet
    Dun Dillon Bugeja, Viċi
    Dun Frans Mifsud
    Dun Ġorġ Spiteri
    Mons Prof Dun Anton Abela
    Dun Ġino Gauci
    Dun Remiġ Saliba
    Dun Anġ Seychell
    Dun Mark Spiteri
    Kan Dun Joe Abela
  • Saċerdoti residenti fil-Parroċċa

    Mons Karm Żammit
    Dun Timon Merċieca

    Kunsill Pastorali Parrokkjali

    President: Dun Nicholas Pace. Arċipriet

    Moderatur: Mr Neville Grima

    Kunsil Ekonomiku Parrokkjali

    President: Dun Nicholas Pace, Arċipriet

    Segretarju: Sur John Spiteri

    Membri: Sur Charles Farrugia, Perit Joe Magro, Sur Frans Mercieca

  • Quddies

    Ħdud u Festi: 6.30, 8.00, 11.00am u 6.00pm

    Sibtijiet Filgħaxija: 5.15pm u 6.30pm

    Ġranet Ferjali: 6.15, 7.45am u 6.00pm (Sajf: 6.30pm)

  • Knejjes Filjali

  • Santa Katerina Verġni u Martri magħrufa bħala ta’ San Girgor

    L-ewwel knisja aktarx li nbniet fis-seklu tnax, iżda l-knisja li hemm illum nbniet fl-1492. Qed isservi għall-ħtiġijiet spiritwali ta’ ħafna nies li joqogħdu fl-inħawi u qed isservi wkoll għal-laqgħat neo-katekumenali. Fl-antik, fit-12 ta’ Marzu, kienet tmur purċissjoni mill-Kattidral għal din il-knisja, iżda aktar tard il-purċissjoni bdiet issir nhar l-Erbgħa ta’ l-Għid. Hemm ħafna fehmiet dwar il-bidu ta’ din il-purċissjoni iżda dokument fl-arkivji notarili, misjub minn P. Mikiel Fsadni O.P., jgħid li l-purċissjoni ordnaha l-Isqof Cubelles biex iwieġeb għax-xewqa tal-Papa biex isir talb għall-paċi: din il-ħaġa malajr intesiet għax ma kinitx tolqot il-Maltin mill-qrib u għalhekk saru ħafna konġetturi dwar ġrajjiet li laqtu ’l pajjiżna li taw bidu għal din il-purċissjoni votiva.

  • Rettur

    L-Arċipriet

  • Telefon

    2167 7187

  • Quddies

    Ħdud u Festi: 8.00, 10.30am u 7.15pm (Quddiesa għaż-żgħażagħ)

    Sibtijiet Filgħaxija: 6.30pm

    Ġranet Ferjali: 7.30am

  • Knisja tal-Madonna tal-Ħniena

    Il-knisja li hemm illum inbniet fl-1959 b’żjieda ma’ knisja żgħira li kienet ilha hemm mill-1865, fil-post fejn qabel kien hemm kappella żgħira li twaqqgħet u nbniet kemm-il darba.

  • Rettur

    L-Arċipriet

  • Telefon

    2167 2216

  • Quddies

    Ħdud u Festi: 8.00am u 11.00am

    Sibtijiet Filghaxija: 6.30pm (Sajf); 6.00pm (Xitwa)

    Ġranet Ferjali: 7.00am

  • Ċentru Pastorali Ġebel San Martin

    Inbena fis-sena 2001 biex jaqdi l-ħtiġijiet pastorali tal-Qasam tal-Bini ta’ Ġebel San Martin u l-inħawi ta’ madwar, billi l-Kappella ta’ San Klement saret ċkejkna wisq għall-ħtiġijiet tal-lum.

  • Rettur

    Dun Anġ Seychell

  • Quddies

    Ħdud u festi: 10.00 am

    Sibtijiet filgħaxija: 7.00pm (xitwa); 7.45pm (sajf)

  • Knisja ta’ l-Ispirtu s-Santu

    Il-knisja nbniet fl-1688 u mitt sena wara ngħatatilha faċċata ġdida; illum fiha qed ikun hemm Esposizzjoni Ewkaristika kuljum mis-6.30 am sa 1.00 pm u mit-3.30 sal-4.45 pm

  • Quddies

    Kull nhar ta’ Ġimgħa: 5.00pm

  • Rettur

    L-Arċipriet

  • Knisja ta’ Santa Marija tal-Ħlas

    Il-knisja ġiet mibnija fl-1602 flok oħra li kienet teżisti minn ħafna qabel; fl-1859 ġiet restawrata.

  • Rettur

    Arċipriet

  • Quddies

    Mit-Tnejn sas-Sibt: 7.45am

  • Knisja tas-Salvatur

    L-ewwel li nbniet kien fl-1500 iżda fl-1747 inbniet mill-ġdid għax kienet qed tiġġarraf; xi ħamsin sena ilu saritilha faċċata ġdida u saru xi tiswijiet.

  • Rettur

    Dun Anġ Seychell

  • Knisja ta’ San Klement

    Inbiet fl-1658. Minn din il-knisja titlaq għal San Girgor il-qadim nhar l-Erbgħa ta’ l-Għid il-purċissjoni penitenzjali, li fl-imgħoddi kienet titlaq mill-Kattidral. Illum il-knisja qed tintuża għat-tagħlim tal-katekiżmu.

  • Quddies

    Ħdud u Festi: 7.00 am

  • Knisja ta’ Santa Marija ta’ Ħal Tmiem

    Inbniet fis-sena 1629 u llum tintuża għal diversi laqgħat u attivitajiet spiritwali.

  • Rettur

    L-Arċipriet

  • Knisja tan-Nażżarenu

    L-Istitut ta’ Ġesù Nazzarenu twaqqaf fiż-Żejtun minn Ġużeppina Curmi, bint is-sindku taż-Żejtun, u żewġ persuni oħra; fl-1913 beda il-bini ta’ l-Istitut kif hu llum, waqt li l-knisja nbniet fl-1953 u ġiet konsagrata fl-1958.

  • Quddies

    Kuljum: 7.00 am

  • Tas-Sinjura

  • Quddies

    Il-Ħdud: 7.00 am

  • Kappella tal-Adorazzjoni

    Kappella tal-Ispirtu s-Santu

    Indirizz:

    Triq San Girgor, Żejtun

    Ħinijiet tal-Ftuħ:

    Kuljum: 7.45am – 9.00pm