Iż-Żurrieq hu waħda mill-għaxar parroċċi li kienu ġa jeżistu fl-1436. Il-knisja li hemm illum inbniet bejn l-1634 u l-1659 fuq disinn ta’ Matteolo Saliba u ġiet konsagrata mill-Isqof Alpheran de Bussan fl-1731.
Numru ta’ Parruċċani: 10,800
Numru ta’ Familji: 3,800
Knisja Arċipretali ta’ Santa Katarina Verġni u Martri
Data tad-Dedikazzjoni 30 ta’ Diċembru 1731
Arċipriet
Dun Karm Mercieca
Uffiċċju Parrokkjali
4, Carmel Street
Żurrieq ŻRQ 1911
Ħinijiet tal-Uffiċċju
It-Tlieta u l-Ġimgħa
9:30am – 11:00 am
It-Tnejn, l-Erbgħa u l-Ġimgħa
4:30pm – 6:00pm
Telefon
2164 2010
parrocca.zurrieq@maltadiocese.org
Presbiterju Parrokkjali
Dun Karm Mercieca, Arċipriet
Dun Raymond Cassar
Dun David Torpiano
Dun Karm Camilleri
Saċerdoti residenti fil-parroċċa
Dun Dillon Bugeja
Dun Noel Camilleri
Dun Manwel Caruana
Dun Ġwann Farrugia
Patri Dionisju Mintoff OFM
Dun Ruben Vella
Kan. Karm Busuttil
Kunsill Pastorali Parrokkjali
President: Dun Karm Mercieca, Arċipriet
Moderatur: Sur Daniel Darmanin
Segretarju: Mr Rene Zampa
Kunsill Ekonomiku Parrokkjali
President: Dun Karm Mercieca, Arċipriet
Quddies
Ħdud u Festi: 6:00, 7:00, 8:30, 9:30, 11:00 am; 6:00 pm
Mit-Tnejn sas-Sibt
Xitwa: 6:00, 7.00 am u 6.00 pm
Sajf: 6:00, 7:00, 7:45 am u 6:30 pm
Knejjes Filjali
Knisja ta’ Santa Marija – Bubaqra
Qabel is-sena 1658, f’Bubaqra kien hemm żewġ knejjes, waħda ta’ San Ġwann u l-oħra ta’ Santu r-Rokku: dawn ingħalqu u flokhom fl-1676 inbniet il-knisja ta’ Santa Marija, li ġiet imkabbra fl-1961.
Rettur
Arċipriet
Quddies
Ħdud u Festi: 8:00 am u 7:15pm
Sibtijiet Filgħaxija: 6:30 pm
Knisja tal-Kunċizzjoni fin-Nigret
Il-knisja hi parti minn palazz mibni mill-Kavalier Ġakbu Togores de Valemuela fl-1658. Fil-palazz għal xi żmien qabel l-ewwel gwerra kien hemm komunita’ ta’ Patrijiet Benedittini; illum hemm is-Sorijiet Ulied il-Qalb ta’ Ġesu.
Rettur
Arċipriet
Quddies
Ħdud u Festi: 6:30, 7:30 am
Sibtijiet Filgħaxija: 5.00; 6.15 pm
Ġranet Ferjali: 6.45 am
Knisja ta’ San Ġakbu
Il-knisja nbniet fl-1725 flok żewg knejjes, waħda ta’ San Ġwann Battista u l-oħra ta’ San Ġakbu; illum il-knisja qed tintuża għall-Esposizzjoni Ewkaristika kull jum mit-7.00 am sal-8.00 pm.
Rettur
Arċipriet
Knisja ta’ San Bartilmew
L-ewwel knisja ta’ San Bert inbniet fl-1482, iżda ngħalqet fl-1658; inbniet mil-ġdid bejn is-sena 1775 u s-sena 1784 u llum qed tintuża għal laqgħat ta’ l-għaqdiet kollha tal-parroċċa.
Rettur
Arċipriet
Knisja ta’ San Ljun f’Bubaqra
Il-knisja tinsab f’nofs iċ-ċimiterju taż-Żurrieq u hi antika ħafna. Ġiet magħluqa fis-sena 1658 iżda reġgħet infetħet wara għoxrin sena, wara li sarulha ħafna tiswijiet. Fil-knisja hemm pittura antika fuq l-injam li kienet fil-kappella li mis-sena 1343 sas-sena 1575 kienet fuq Filfla. Għal raġunijiet ta’ sigurtà din il-pittura issa tinsab fil-Knisja Parrokkjali. Illum f’din il-knisja ssir Quddiesa f’Għid ta’ l-Imwiet, f’Jum l-Omm u f’Jum il-Missier.
Rettur
Arċipriet
Knisja ta’ Sant’Agata
Il-knisja nbniet fis-seklu sittax u flimkien ma’ ħafna knejjes oħra tal-kampanja ngħalqet fl-1658 mill-Isqof Balaguer. Inbniet mill-ġdid aktar tard u ġiet imkabbra fl-1854. Issir Quddiesa fiha fil-Ħadd qrib il-5 ta’ Frar, f’jum il-festa ta’ Sant’Agata.
Rettur
Arċipriet
Knisja ta’ San Andrija
Il-knisja antika ngħalqet fl-1658, iżda reġgħet infetħet aktar tard; illum mhux tintuża.
Knisja ta’ San Luqa
Il-knisja nbniet għall-ħabta ta’ 1460 iżda ġiet traskurata ħafna u Mons. Dusina fl-1575 ried li tiġi rranġata. Illum m’hijiex tintuża.
Knisja ta’ San Ġwann Evanġelista
Il-knisja tinsab f’Ħal Millieri quddiem il-knisja tal-Lunzjata: hi antika ħafna, u ma tintużax.
Knisja tal-Lunzjata f’Ħal Millieri
Il-knisja hi antika ħafna u kienet il-knisja parrokkjali ta’ Ħal Millieri, iżda meta dan ir-raħal spiċċa fix-xejn ġiet abbandunata u traskurata. Illum qed tieħu ħsiebha is-soċjetà “Din l-Art Ħelwa”
Knisja tal-Laboratorju tal-Paċi f’Ħal Far
P. Djonisju Mintoff fl-1971 ħa wieħed mill-hangars ta’ l-Air Force ingliżi biex jagħmlu Ċentru ta’ Ħidma Pastorali favur il-Paċi u semmieħ għall-Papa Ġwanni XXIII. Aktar tard fil-post imbena kumpless ġdid li beda jissejjaħ Laboratorju tal-Paċi. Fil-Kappella tal-Laboratorju jistgħu jsiru ż-żwiġijiet
Rettur
Patri Djonisju Mintoff OFM
Quddies
Ħdud u Festi: 4:00 pm (xitwa); 7:00 am (sajf)
Ġranet Ferjali: (mit-Tnejn sas-Sibt) 6:00 pm