-
San Ġwann inbena mill-Granmastru La Cassiere bejn l-1573 u l-1577 u ġie konsagrat fl-20 ta’ Frar 1578 minn Mons. Lodovico de Torres, Arċisqof ta’ Monreale. Fi żmien il-Granmastru Rafel Cotoner saret il-pittura tas-saqaf minn Mattia Preti. San Ġwann kien il-knisja konventwali tal-Ordni tal-Kavallieri ta’ Malta, iżda meta Malta ħaduha l-Franċiżi minn għandhom, Napuljun ta l-knisja ta’ San Ġwann lill-Isqof ta’ Malta kif jidher ċar minn dokument iffirmat minn Napuljun stess u jinsab flarkivju tal-Kurja. Il-Fondazzjoni tal-Kon-Katidral ta’ San Ġwann hija responsabbli għall-amministrazzjoni materjali u kulturali, waqt li l-Kapitlu Metropolitan huwa responsabbli għall-funzjonijiet reliġjużi kollha.
-
Membri tal-Kapitlu tal-Katidral Addetti għall-Konkatidral
-
Pro Rettur
Mons. Victor Zammit McKeon -
Membri
Mons. Carmelo AquilinaMons. Edgar AttardMons. Charles AttardMons. Joseph BajadaMons. Carmelo BonaviaMons. Joseph BugejaMons. Lawrence CachiaMons. Philip CallejaMons. Tarcisio DelicataMons. Anton GaleaMons. Lawrence GattMons. Victor GrechMons. Lawrence MifsudMons. Arthur Said PullicinoMons. Alfred XuerebDun Joseph Brincat -
Attenda
Mons. Alfred VellaMons. Hector Scerri -
Telefown
2122 56392248 04111 -
Websajt
-
-
Quddies
Ħdud u Festi:7.45 a.m., 9.15 a.m., 11.00 a.m., 12.00p.m. (ħlief Lulju, Awwissu u Settembru), 5.30 p.m. (mill-1 ta’ Novembru sat-30 ta’ Ġunju), 6.00 p.m. (mill-1 ta’ Lulju sal-31 ta’ Ottubru)Sibtijiet: 8.30 a.m., 5.30 p.m. (mill-1 ta’ Novembru sat-30 ta’ Ġunju), 6.00 p.m. (mill-1 ta’ Lulju sal-31 ta’ Ottubru)Mit-Tnejn sal-Ġimgħa: 8.30 a.m.
Minħabba r-restrizzjonijiet marbutin mal-COVID-19, il-ħinijiet tal-quddiesa nbidlu
Agħfas hawn biex tara l-ħinijiet il-ġodda
Agħfas hawn biex tara l-ħinijiet il-ġodda