-
Għal mijiet ta’ snin il-Katidral ta’ l-Imdina kien il-parroċċa waħdanija ta’ Malta, flimkien mal-knisja ż-żgħira li kien hemm il-Birgu. Il-bini sar fi żmien in-Normanni u, qabel ma ġarrab ħsarat kbar bit-terremot tal-11 ta’ Jannar 1693, kien ġa hemm il-ħsieb li jinbena mill-ġdid. Kif inhu llum hu opra ta’ Lorenzo Gafà .
-
Numru ta’ Parruċċani: 300Numru ta’ Familji: 85
-
Katidral Metropolitan Ta’ San Pawl
Data tad-dedikazzjoni 8 ta’ Ottubru 1702. -
Arċipriet
Mons. Anton Cassar -
Uffiċċju Parrokkjali
4, Misraħ San Pawl,Mdina MDN 1100 -
Ħinijiet tal-Uffiċċju
It-Tnejn, l-Erbgħa u l-Ġimgħa (barra Festi Pubbliċi).4.30 – 5.30p.m. -
-
Website
-
Presbiterju (il-membri tal-Kapitlu Metropolitan addetti għall-Katidral)
Mons. Joseph Galea Curmi, Vigarju ĠeneraliMons. Anton Cassar, ArċiprietMons. Prof. Vinċenz BorgMons. Prof. Karm CassarMons. Alwiġ DeguaraMons. Ġużepp DalmasMons. Ġużepp Carabott
Mons. Vinċenz Deguara
Mons. Ġużepp Mifsud Bonnici
Mons. Louis Camilleri
Mons. Karm Farrugia
Mons. Salvin Micallef
Mons. Anton Gouder
Mons. Dun Ġwann Azzoppardi
Mons. Frans Abdilla
Mons. Charles Cordina
Mons. George Grima
-
Saċerdot ieħor residenti fil-parroċċa
Dun Charles BugejaKunsill Pastorali Parrokkjali
President: Mons. Anton Cassar, ArċiprietSegretarja: Mrs Jessie Cassar -
Quddies
Ħdud u Festi: 9.30, 11.00 a.m. u 6.00p.m.Sibtijiet: 9.00am u 6.00pmĠranet Ferjali: 9.00 a.m.; 6.00 p.m. -
Knejjes Filjali
-
Knisja tal-Madonna tad-Dawl
Il-post fejn illum hemm il-knisja tal-Madonna tad-Dawl, fl-1393 kien hemm il-knisja tas-Salib Imqaddes li twaqqgħet fl-1681 u flokha nbniet knisja ddedikata lil Santu Rokku. F’din il-knisja, ftit wara tpoġġa “sottoquadro” tal-“Madonna della Luce” (il-Madonna tad-Dawl) u dan wassal biex il-knisja bdiet tingħaraf bħala l-knisja tal-Madonna tad-Dawl. Id-devozzjoni lejn il-Madonna tad-Dawl ġiet minn Sqallija permezz tal-Ġiżwiti. -
Knisja tal-Viżitazzjoni
Il-knisja hija antika ħafna u kienet tezisti fl-1575; inbniet kemm-il darba u l-aħħar darba kien fl-1720. Illum tinsab magħluqa. -
Knisja ta’ San Pietru
Fl-1575, skond rapport tal-viżta ta’ l-Isqof Mons. Royas, din kienet knisja antika ħafna iżda bdiet tinbena mill-ġdid wara l-vista ta’ Mons. Dusina u damet ħafna snin tinbena. Fis-seklu sbatax il-knisja kienet miżmuma tajjeb ħafna mill-prokuraturi tagħha u fl-aħħar gwerra intużat mir-rifuġjati. Iżda fl-1956 ġiet restawrata u l-pittur Caffaro Rore pinġa t-titular; wara għamlet xi żmien mitluqa iżda llum hi użata għal xi laqgħat. -
Knisja ta’ Sant’Agata
Il-knisja nbniet fl-1417 u reġgħet inbniet fl-1694; dejjem kienet miżmuma tajjeb ħafna u llum hi proprjetà tas-Seminarju. Dan l-aħħar ġiet restawrata b’inizjattiva ta’ nies mill-Imdina. -
Knisja ta’ San Nikola
Din il-knisja kienet tesiżti fl-1434 iżda reġgħet inbniet fl-1685, aktarx minn Lorenzo Gafà ; dnub li din il-knisja illum tinsab traskurata u qed tintuża biex jintrefgħu fiha xi affarijiet tal-Kattidral! -
Knisja tas-Salvatur
L-ewwel darba li tissemma’ din il-knisja hu fl-1436, iżda wara ġiet traskurata. Mitt sena wara reġgħet ħadet ir-ruħ u kienet miżmuma tajjeb ħafna; kienet tinsab ftit bogħod mill-Kattidral, iżda llum ma baqax minnha ħlief xi partijiet li jinsabu inkorporati f’bini privat; hemm ukoll l-isem tat-triq fejn kienet tinsab. -
Knisja tal-Vitorja
Din il-knisja tinsab fit-triq li twassal għar-Rabat u nbniet l-ewwel darba fl-1431; reġgħet inbniet fl-1754. Fi żmien il-gwerra intlaqtet mill-bombi iżda x-xbieha tal-Madonna li kien hemm fiha baqgħet bla mittiefsa u saret ċentru ta’ devozzjoni. Il-knisja nbniet mill-ġdid fl-1956. -
Quddies
Sibtijiet: 7.30 pm -
San Pawl tal-Qlejgħa
Din il-knisja tinsab fl-inħawi tal-Mosta u hi benefiċċju tal-Kattidral. -
Knisja ta’ San Ġakbu
Din il-knisja tinsab taħt il-Buskett u hi benefiċċju tal-Kattidral. -
Knisja ta’ San Blas
Din il-knisja tinsab fit-triq li tieħu mis-Siġġiewi għar-Rabat u hi benefiċċju tal-Kattidral. Il-Kapitlu tal-Kattidral fdaha lill-Moviment Azzjoni Soċjali għal-laqgħat tagħhom. -
Knejjes Tar-Reliġjużi
-
Monasteru ta’ San Pietru
Fl-1418 l-isptar antik ta’ San Pietru ġie mibdul f’Monasteru tas-sorijiet ta’ San Benedittu, imbagħad ġie mkabbar fl-1625; fl-1833 il-Monasteru irċieva l-fdal tal-martri Santa Feliċissima, li nġieb miċ-Ċimiterju ta’ Santa Ċirijaka f’Ruma. -
Rettur
Fr Ray Toledo -
Telefon
21 45 43 55 -
Indirizz
Monasteru San Pietru,Triq Villegaignon,Mdina MDN 1193 -
Quddies
Kuljum: 8.00 am. -
Knisja Karmelitana tal-Lunzjata
Il-Karmelitani bnew il-knisja u l-kunvent tagħhom fl-Imdina fl-1659 maġenb knisja żgħira mogħtija lilhom mill-Isqof Balaguer bil-kundizzjoni li wieħed mill-altari jkun dedikat lill-Madonna tal-Blat (Beata Vergine della Roccia). Fil-knisja jistgħu jsiru żwiġijiet.Data tad-Dedikazzjoni: 2 ta’ Marzu 1906 -
Rettur
P. Charlo Camileri O. Carm. -
Telefon
21 45 45 24 -
Indirizz
Kunvent tal-Karmnu,Triq Villegaignon,Mdina MDN 1190 -
Quddies
Ħdud u Festi: 5.30, 7.00, 8.30 a.m.Ġranet Ferjali: 7.00 a.m.Nhar t’Erbgħa: 7.00 a.m.; 5.30 p.m
Minħabba r-restrizzjonijiet marbutin mal-COVID-19, il-ħinijiet tal-quddiesa nbidlu
Agħfas hawn biex tara l-ħinijiet il-ġodda
Agħfas hawn biex tara l-ħinijiet il-ġodda