-
L-Imqabba saret parroċċa fl-1598 u sakemm inbniet il-knisja ta’ Santa Marija li hemm illum. Bħala knisja tal-parroċċa intuzat il-knisja ta’ San Bażilju. Il-knisja ta’ llum inbniet fl-1699, u ġarrbet ħafna ħsara fl-aħħar gwerra, u x-xogħol tat-tiswija baqa’ sejjer sal-1947.
Numru ta’ Parruċċani: 4,000
Numru ta’ Familji: 1,200
-
Knisja Parrokkjali Assunzjoni Ta’ Santa Marija
Data tad-Dedikazzjoni 20 ta’ Mejju 1774
-
Kappillan
Dun John Philip Curmi
-
Uffiċċju Parrokkjali
35, Pjazza tal-Knisja
Mqabba MQB 1013
-
Ħinijiet tal-Uffiċċju
It-Tnejn
7:00pm – 8:00pm -
Telefon
Uffiċċju: 21649306
Dar: 21641081
-
Facebook
-
Presbiterju Parrokkjali
Dun John Curmi, Kappillan
Dun Trevor FaircloughKunsill Pastorali Parrokkjali
President: Dun John Curmi, Kappillan
Moderatur: Ms Mary Zammit
Segretarja: Ms Josephine Farrugia
-
Quddies
Ħdud u Festi: 7.00, 8.30, 10.00 am, 6.30 pm
Sibtijiet Filgħaxija: 6.30 pm
Ġranet Ferjali: 6.30, 8.00am , 6.00pm (xitwa) ; 6.30pm (sajf)
-
Knejjes Filjali
-
Knisja San Bażilju
Il-knisja ġiet imkabbra fi tliet perijodi differenti : l-ewwel parti nbniet fl-1486 u l-aħħar li tkabbret kien fl-1515. Fil-bidu tat-twaqqif tal-parroċċa u waqt il-gwerra ntużat bħala knisja parrokkjali; illum qed tintuża għal-laqgħat u għall-konferenzi. Dan l-aħħar sar xogħol ta’ restawr fuq din il-Knisja.
-
Rettur
Kappillan
-
Kappella Santa Katerina
Il-kappella tinsab fejn fl-imgħoddi kien hemm żewġ kappelli żgħar, San Pietru u Santa Katerina. L-isqof fl-1750 ried li jitwaqqgħu ż-żewg kappelli u timbena waħda dedikata lil Santa Katerina. Fl-1764 bdiet timbena mill-ġdid. Fiha jinżammu l-bradelli ta’ Santa Marija u tal-Madonna tal-Ġilju.
-
Kappella San Mikiel
Il-kappella hi mibnija mal-ġenb tal-knisja ta’ San Bazilju u hi mniffda magħha. Aktarx inbniet fl-1550 u reġgħet inbniet fl-1669.
-
Kappella Madonna tad-Duluri
Il-knisja nbniet fis-seklu sittax u ġiet imkabbra fl-1680. Tinfetaħ kull nhar ta’ Ġimgħa minħabba d-devozzjoni tan-nies lejn id-Duluri tal-Madonna.
-
Kappella tac-Ċimiterju
Il-kappella nbniet fl-1910 u hi dedikata lil Ġesù Nazzarenu.
-
Kappella tal-Adorazzjoni
Kappella Madonna tad-Duluri
Indirizz
Triq il-Parroċċa, l-ImqabbaĦinijiet tal-Ftuħ
9.00am – 6.00pm
Minħabba r-restrizzjonijiet marbutin mal-COVID-19, il-ħinijiet tal-quddiesa nbidlu
Agħfas hawn biex tara l-ħinijiet il-ġodda
Agħfas hawn biex tara l-ħinijiet il-ġodda