-
Il-Knisja Parrokkjali tal-Isla, iddedikata lit-Twelid tal-Verġni Mqaddsa Marija, aktarx ġiet proġettata fuq pjanta tal-arkitett Vittorio Cassar fl-1580 bħala monument tar-rebħa l-kbira tal-Assedju tal-1565. Saret Parroċċa fil-bidu tas-sena 1581 u ġiet ikkonsagrata fl-20 ta’ Ottubru 1743 mill-Isqof Paolo Alpheran de Bussan. Il-Papa Piju VI, fil-21 ta’ Mejju 1786 iddikjaraha Kolleġġjata Insinji. Fl-1921 il-knisja saret Bażilika b’digriet tal-Papa Benedittu XV; saret ukoll santwarju għaliex l-istatwa ta’ Marija Bambina ġiet inkurunata fl-4 ta’ Settembru 1921. F’Jannar 1941 iġġarrfet bil-bombi iżda nbniet mill-ġdid u reġgħet ġiet ikkonsagrata minn Mons. Mikiel Gonzi, Arċisqof ta’ Malta, fl-24 ta’ Awwissu 1957.Numru ta’ Parruċċani: 2,700Numru ta’ Familji: 1,100
-
Knisja Kolleġġjata Arċipretali ta’ Marija Bambina
Data tad-Dedikazzjoni: 15 ta’ Ottubru 1943; 24 ta’ Awwissu 1957 -
Arċipriet
Kan. Robin Camilleri -
Uffiċċju Parrokkjali
27, Triq San LawrenzL-Isla ISL 1113 -
Ħinijiet tal-Uffiċċju
It-Tnejn u l-Ġimgħa:4.30 – 6.00 pmIs-Sibt:
8.30 – 10.00am
N.B – Kull l-ewwel Ġimgħa tax-xahar l-uffiċċju parrokkjali ma jiftaħx -
Telefon
2182 72032180 7204
-
E-mail
parrocca.senglea@maltadiocese.org -
Presbiterju Parrokkjali
Kan. Robin Camilleri, ArċiprietKan. Kantur Teol. Mark EllulKan. Dekan. Angelo VellaKan. Teżorier Dun Jonathan Farrugia
Kan. Penitenzier Dun Karm Camilleri
Kunsill Pastorali Parrokkjali
President: Sur Lino ZahraSegretarju: Stephen Azzopardi
Kunsill Ekonomiku Parrokkjali
President: Kan. Robin Camilleri, ArċiprietSegretarju: Sur Gino Parnis -
Quddies
Ħdud u Festi: 7.00, 8.00, 11.00 am; 6.00 pmSibtijiet Filgħaxija: 6.00 pmĠranet Ferjali: 6.30, 7.45 am ; 6.00 pmKull nhar ta’ Ġimgħa: 6.30, 7.45, 10.00 am u 6.30pm -
Knejjes Oħra
-
Knisja ta’ San Ġiljan
Il-knisja nbniet tliet darbiet, l-ewwel darba fl-1311, imbagħad fl-1539 u fl-aħħar fl-1710. Fiha jistgħu jsiru ż-żwiġijiet. -
Rettur
Arċipriet -
-
Knisja ta’ San Filippu
Il-knisja hi dedikata lill-Madonna ta’ Portu Salvu (liż-Żjara tal-Verġni Marija lil Santa Eliżabetta) u nbniet fl-1640. Hi magħrufa bħala knisja ta’ San Filippu għax ingħatat lil-patrijiet Filippini li bnewha mill-ġdid fl-1741. Meta l-patrijiet Filippini ħallew Malta, il-knisja ħa hsiebha l-Arċipriet ta’ l-Isla. Fi żmien il-kolera l-kunvent sar sptar u meta l-knisja ta’ l-Isla ġġarrfet bil-bombi fl-aħħar gwerra, il-knisja ta’ San Filippu serviet bħala knisja parrokkjali. -
Rettur
Dun Antoine Farrugia S.D.B. -
Quddies
Ħdud u Festi: 7.00, 9.30amSibtijiet Filgħaxija: 6.00pm (xitwa); 6.30pm (sajf)Ġranet Ferjali: 8.00am; 6.00pm (xitwa); 6.30pm (sajf)Telefon
2182732727827323
-
Dar Sant Anna
Dar tal-Anzjani li tiftah ghall-quddies ghall-pubbliku. Din tinsab fi triq il-Kappillan Mifsud -
Quddies
Mit-Tnejn sal-Gimgħa: 9.30 amĦdud u Festi: 9.00am -
Kappella tal-Adorazzjoni
Kappella ta’ San Ġiljan
Indirizz:
Triq San Ġiljan, SengleaĦinijiet tal-ftuħ:
Kuljum: 8.00am – 8.00pm
L-informazzjoni disponibbli fuq din il-paġna mhix aġġornata.
Nitolbuk iżżur il-webiste il-ġdida tas-Segretarjat Parroċċi.
Nitolbuk iżżur il-webiste il-ġdida tas-Segretarjat Parroċċi.