-
Marsaxlokk mill-qedem kien meqjus post imqaddes kif jixhdu l-fdalijiet li hemm fl-inħawi tas-Silġ. Għal żmien twil, minħabba l-biża’ tal-furbani, n-nies ma baqgħux jgħammru hemm iżda għall-ħabta ta’ 1890 il-post reġa’ beda jiġbed in-nies, l-aktar fis-sajf, u għalhekk inbniet il-knisja dedikata lill-Madonna ta’ Pompej li saret knisja parrokkjali fl-1897. F’dawn l-aħħar tletin sena, fit-8 ta’ Mejju, nhar l-anniversarju tad-dedikazzjoni tas-Santwarju tal-Madonna f’Pompej ħdejn Napli, fil-parroċċa qed isir pellegrinaġġ nazzjonali. Il-Knisja Parrokkjali hi Santwarju Marjan.
-
Numru ta’ Parruċċani: 4,200Numru ta’ Familji: 1,100
-
Knisja Parrokkjali Tal-Madonna Ta’ Pompej – Santwarju
Data tad-Dedikazzjoni: 17 ta’ Settembru 1962
-
Kappillan
Rev. Kan Luke Seguna
-
Uffiċċju Parrokkjali
39 Pjazza Madonna ta’ Pompej,
Marsaxlokk MXK 1300
-
Ħinijiet tal-Uffiċċju
It-Tnejn, l-Erbgħa, l-Ħamis u l-Ġimgħa
8.30 am – 12.00 pm
It-Tlieta
4.30pm – 6.00pm
-
Telefon
21 65 06 62
-
-
Presbiterju Parrokkjali
- Rev. Kan. Luke Seguna, Kappillan
- Rev. Kan.Timon Mercieca
- Mons. Karm Żammit
Kunsill Pastorali Parrokkjali
President: Il-Kappillan
Segretarja: Ms Salvina Caruana
-
Quddies
Ħdud u Festi: 6.30, 8.00, 9.30, 11.00am u 6.00pm
Sibtijiet Filgħaxija (Xitwa): 5.30pm u 7.00pm
Sibtijiet Filgħaxija (Sajf): 6.00pm u 7.30pm
Ġranet Ferjali: 6.30; 7.45am u 6.00pm; Sajf: 6.30pm
-
Knejjes u Kappelli tar-Reliġjużi
-
Knisja tal-Madonna tas-Silġ
Il-knisja li hemm illum inbniet fl-1833 flok knisja oħra li nbniet fl-1650. Fl-1933 il-knisja bil-bini li għandha magħha għaddiet f’idejn il-Patrijiet Tereżjani. Fil-knisja jistgħu jsiru ż-żwiġijiet. Illum il-kunvent hu miftuħ għall-irtiri.
-
Rettur
P. Jose Debono O.C.D.
-
Telefon
21 65 12 68
-
Indirizz
Patrijiet Tereżjani,
Dar tat-Talb tas-Silġ,
Marsaxlokk MXK 1147
-
Quddies
Ħdud u Festi: 5.30; 6.30 am.
Sibtijiet Filgħaxija: 6.00 pm Xitwa ; 6.30 pm Sajf
Ġranet Ferjali: 6.00 am; 6.00 pm
-
Knisja tad-Duluri
Tagħmel parti minn Domus Mariae tas-Sorijiet Missjunarji ta’ Ġesù Nazzarenu.
-
Kappella tal-Adorazzjoni
“Jiena Dejjem Magħkom”
Indirizz
Pjazza Madonna ta’ Pompei, quddiem il-Knisja Parrokkjali
Ħinijiet tal-Ftuħ
7.00am – 9.00pm
Minħabba r-restrizzjonijiet marbutin mal-COVID-19, il-ħinijiet tal-quddiesa nbidlu
Agħfas hawn biex tara l-ħinijiet il-ġodda
Agħfas hawn biex tara l-ħinijiet il-ġodda