Pembroke

  • Il-medda ta’ art bejn il-Bajja ta’ San Ġorġ u Baħar iċ-Ċagħaq, magħrufa bħala Pembroke kienet okkupata mill-militar Ingliż għal żmien twil. Xi priġunieri Ġermaniżi Kattoliċi kienu bnew kappella żgħira lejn it-tmiem tal-aħħar tal-gwerra. Mat-tmiem tal-bażi militari ingliża f’Malta, xi Maltin bdew jokkupaw xi postijiet li kellhom is-servizzi Ngliżi meta l-Gvern kien ta xi plots. Il-kappella ġiet irranġata mill-Perit Richard England fuq stedina tal-kappillan ta’ San Ġiljan. Imbagħad Pembroke inqata’ mill-Parroċċa ta’ San Ġiljan meta l-Ibraġ sar Żona Pastorali Awtonoma u għalhekk sar parti miż-żona ta’ l-Ibraġ. Billi l-inħawi baqgħu jiżdiedu fil-popolazzjoni, Pembroke sar Żona Pastorali Awtonoma għalih fl-1998. Sar Parroċċa fit-8 ta’ Diċembru 2004 bil-Knisja dedikata lil Kristu Rxoxt.

  • Numru Ta’ Parruċċani: 4,000

    Numru Ta’ Familji: 1,200

  • Knisja Parrokkjali Ta’ Kristu Rxoxt

  • Kappillan

    Dun Reuben Micallef

  • Uffiċċju Parrokkjali

    ‘Ċentru Kristu Rxoxt’,

    35, Triq G. Mitrovich,

    Pembroke PBK 1016

  • Ħinijiet tal-ftuħ

    It-Tlieta:

    9.30am – 11.00am

    Il-Ħamis:

    5.00pm – 6.00pm

  • Telefon

    2137 2740, 7905 1000

  • Presbiterju Parrokkjali

    Dun Reuben Micallef, Kappillan
    Dun Raphael Pace

  • Kunsill Pastorali Parrokkjali

    Moderatur: Kenneth Pullicino
    Segretarja: Sa Sandra Borg
  • Quddies

    Ħdud u Festi: 8.00, 9.30, 11.00am; 6.15pm

    Sibtijiet filgħaxija: 6.15pm

    Ġranet Ferjali: 9.00am; 6.15pm