-
Raħal Ġdid sar parroċċa għalih fl-1910 u dak iż-żmien il-knisja parrokkjali kienet dik ta’ Santa Ubaldeska, li l-Gvern kien taha lill-Knisja: avolja saret estenzjoni, baqgħat żgħira wisq għan-nies li bdew imorru joqogħdu f’Raħal l-Ġdid u għalhekk inbniet knisja ġdida li ġiet dedikata lil Kristu Re.
Numru Tal-Parruċċani: 7,516
Numru Tal-Familji: 2,803
-
Knisja Parrokkjali Kristu Re
Data tad-Dedikazzjoni 3 ta’ Ġunju 1967
-
Kappillan
Dun Marc Andrè Camilleri
-
Uffiċċju Parrokkjali
Triq Lampuka
Paola PLA 1142
-
Ħinijiet tal-uffiċċju
It-Tnejn u l-Erbgħa: 10.30 – 11.30am; 5.00 – 6.00pm
Il-Ġimgħa: 10.30 – 11.30am
-
Telefon
2169 5022, 21805955
-
Facebook
-
Presbiterju Parrokkjali
Dun Marc Andrè Camilleri, Kappillan
Patri Herbert Friggieri S.J.
Dun Leonard Mintoff, Viċi
Dun Gilbert Scicluna, Viċi
-
Kunsill Pastorali Parrokkjali
President: Dun Marc Andrè Camilleri
Moderatur: Sur Alfred Chetcuti
Segretarja: Ms Josephine Frendo
-
Kunsill Ekonomiku Parrokkjali
President: Dun Marc Andrè Camilleri
Segretarju: Sur Frank Balzan
Membri: Sur Emanuel Camilleri, Sur Noel Gatt
-
Quddies
Ħdud u Festi: 6.30, 8.00, 9.30, 11.00am; 6.00pm, 7.30pm (għaż-Żgħażagħ)
Sibtijiet: 6.30, 7.30, 8.30, 10.00am; 6.30pm, 7.30pm (bl-Ingliż)
Ġranet Ferjali: 6.30, 7.30, 8.30, 10.00am; 6.30pm
-
Knejjes tar-Reliġjużi
-
Kappella tas-Sorijiet ta’ San Ġużepp ta’ l-Apparizzjoni
Is-sorijiet ta’ San Ġużepp ta’ l-Apparizzjoni marru f’Raħal Ġdid fl-1910 u fetħu skola li fl-1926 ġiet trasferita fejn hi llum; il-kappella tal-kunvent hi miftuħa għas-nies.
-
Rettur
Kappillan
-
Knisja ta’ San Antnin f’Għajn Dwieli
Fl-1953 il-Kapuċċini fetħu kappella żgħira f’Għajn Dwieli, iżda ma damux jaħsbuha biex jibnu knisja kbira li tlestiet fl-1965. Hi dedikata lil San Antnin ta’ Padova u fiha jistgħu jsiru żwiġijiet.
-
Rettur
P. Raymond Mercieca OFM Cap
-
Telefon
21828157
-
Quddies
Ħdud u Festi: 7.00, 8.30, 10.00 u 11.30am
Sibtijiet Filgħaxija: 6.00pm (xitwa); 6.30pm (sajf)
Ġranet Ferjali: 6.45, 8.00am; 6.30pm
-
Knisja ta’ Santa Ubaldeska
Il-knisja nbniet fl-1629 mill-Granmastru De Paule; meta l-Ordni ta’ San Ġwann telaq minn Malta, l-knisja waqgħet f’idejn il-Gvern li, fuq talba ta’ l-Isqof, taha lill-Knisja biex isservi ta’ Knisja parrokkjali għal Raħal il-Ġdid. Dan ġara fl-1900. Il-knisja serviet bħala viċi-parroċċa minn 1905 sakemm Raħal Ġdid sar parroċċa fl-1910. Fl-1936 il-knisja ma baqgħetx aktar il-knisja parrokkjali; fiha llum isiru xi laqgħat.
-
Rettur
Kappillan
-
Kappella tal-Adorazzjoni
M.U.S.E.U.M. Soċji Interni
Indirizz:
13, Triq Santa Monika, Paola PLA 1221
Ħinijiet tal-Ftuħ:
Mit-Tnejn sas-Sibt:
7.00am – 4.00pm
Il-Ħadd:
7.00am – 12.00pm
Minħabba r-restrizzjonijiet marbutin mal-COVID-19, il-ħinijiet tal-quddiesa nbidlu
Agħfas hawn biex tara l-ħinijiet il-ġodda
Agħfas hawn biex tara l-ħinijiet il-ġodda