-
Fl-1682 il-knisja ż-żgħira li kien hemm fuq l-għolja tal-Qaliet ġiet imkabbra u fl-1848 saret viċi-parroċċa ta’ Birkirkara; fl-1854 reġgħet ġiet imkabbra u fl-1891 saret parroċċa. Fi zmienna l-knisja l-qadima ta’ Lapsi, kif kienet magħrufa, ċkienet wisq għan-nies li kienu marru joqogħdu f’San Ġiljan u fl-1961 beda l-bini tal-knisja l-ġdida li tlesta fl-1968. Il-Papa Ġwanni Pawlu II fiż-żjara tiegħu f’Malta fl-1990, iltaqa’ ma’ l-intellettwali Maltin f’din il-knisja.
-
Numru tal-Parruċċani: 9,000
Numru tal-Familji: 4,000
-
Knisja Parrokkjali ta’ San Ġiljan
Data tad-dedikazzjoni 17 ta’ Diċembru 1978
-
Kappillan
Dun Claude Portelli
-
Uffiċċju Parrokkjali
115 Triq Lapsi
San Ġiljan
STJ 1260
-
Telefon
21380270
-
Ħinijiet tal-Uffiċċju
It-Tnejn, it-Tlieta u l-Ħamis
5.00 – 6.30 pm (Xitwa)
5.30 – 7.00 pm (Sajf)
-
Presbiterju Parrokkjali
- Dun Claude Portelli, Kappillan
- Dun Pawl Mizzi, Viċi
- Mons Gwann Galea
- Dun Stefan Attard
-
Saċerdoti residenti fil-parroċċa
- Dun Marco Portelli
- Dun Tony Agius
- Dun Giljan Cassar
- Dun Martin Bruno
Kunsill Pastorali Parrokkjali
President: Dun Claude Portelli, Kappillan
Segretaria: Sinjura Simone Wightman
Kunsill Ekonomiku Parrokkjali
President: Dun Claude Portelli, Kappillan
Membri: Sur Edwin Sammut, Sinjura Anna Maria Mejlaq
-
Quddies
Ħdud u Festi: 8.00, 9.30, 11.00 am, 12.15 pm (bl-Ingliż fl-ewwel Ħadd tax-xahar); 6.30 pm (xitwa); 7.00 pm (sajf)
Sibtijiet Filgħaxija: 7.30 am; 9.00 am; 6.30 pm; 7.45 pm
Ġranet Ferjali: 7.00, 9.00 am; 6.30 pm (xitwa); 7.00 pm (sajf)
-
Knejjes Filjali
-
Il-knisja ta’ Lapsi
L-ewwel knisja nbniet għall-ħabta tal-1580, iżda dik li hemm illum inbniet fl-1682. Fl-1848 saret viċi-parroċċa ta’ Birkirkara u mbagħad, billi l-għadd tan-nies f’San Ġiljan kien dejjem qed jiżdied, tkabbret fl-1852 u fl-1891 saret il-knisja parrokkjali u baqgħet sa kemm inbniet il-knisja l-ġdida. Fil-knisja ta’ Lapsi jistgħu jsiru żwiġijiet u llum qed tintuża wkoll għat-tagħlim tad-duttrina.
-
Rettur
Kappillan
-
Quddies
Ħdud u Festi: 9.00 am
Ġranet Ferjali: 7.45 am
-
Knisja tal-Kunċizzjoni
Il-knisja nbniet mill-Kavallier Rafel Spinola biex ikollu knisja qrib il-palazz li kien bena fl-inhawi li llum huma maghrufa bhala Spinola minn ismu. Il-knisja bdiet timbena fl-1687 u tbierket sena wara. Fil-bidu ta’ dan is-seklu l-knisja tkabbret u fl-1914 saritilha faccata gdida. Fiha jistghu jsiru zwigijiet.
-
Rettur
Il-Kappillan
-
Quddies
Mit-Tnejn sas-Sibt: 5.30 pm
Is-Sibt: 4.00pm (bit-Taljan)
-
Knejjes tar-Reliġjużi
-
Knisja ta’ Santa Rita
Il-patrijiet Agostinjani ġiethom ix-xewqa li jibnu kunvent u knisja fil-bajja ta’ San Ġorġ, San Ġiljan. Fl-1923 sabu l-benefattriċi Nikolina Pons li tathom l-art fejn jibnu l-kunvent tagħhom; bnewh bejn l-1926 u l-1928. Fil-gwerra l-kunvent u l-knisja saru ħerba u nbnew mill-ġdid fl-1944. Fil-knisja jistgħu jsiru żwiġijiet.
-
Rettur
P. Joe Farrugia OSA
-
Telefon
2137 7708
-
Quddies
Ħdud u Festi: 8.30, 10.00 am u nofsinhar (xitwa biss)
Sibtijiet Filgħaxija: 7.00 pm u 9.00 pm (żgħażagħ)
L-Ewwel Ġimgħa tax-xahar: 7.00 pm
Ġranet Ferjali: 8.30 am
-
Knisja tal-Madonna tal-Parir it-Tajjeb
Fl-1936 l-avukat Ġużè Pace bena kunvent u knisja u fdahom lill-patrijiet Agostinjani f’dik il-parti ta’ San Ġiljan li llum hi magħrufa bħala Paceville. Tant kien kbir l-iżvilupp, li l-patrijiet ħassew il-ħtieġa li jibnu knisja ġdida li nfetħet fl-1973.
-
Rettur
P. Mario Abela OSA
-
Telefon
2135 4464, 2138 1172
-
Quddies
Ħdud u Festi: 7.30 , 9.00, 11.30 am (bl-Ingliż)
Is-Sibt: 6.30 pm, 9.30 pm
Ġranet Ferjali: 7.30 am, 6.45 pm
-
Monasteru ta’ Santa Klara
Fl-1920 is-sorijiet Klarissi minn Ħaż-Żabbar marru f’San Ġiljan f’dar fi Triq il-Karmnu; iżda billi din id-dar kienet żgħira wisq għalihom bnew monasteru ġdid fi Triq Reġjonali: l-ewwel ġebla tqiegħdet fl-1933 u s-sorijiet daħlu fid-dar il-ġdida fl-1935.
-
Rettur
P. Ġiljan Sammut OFM
-
Telefon
2138 3341
-
Quddies
Ħdud u Festi: 6.30 am u 11.00 am
Ġranet ferjali: 6.30 am
-
Il-Kappella tal-Millennju (The Millennium Chapel)
Il-Kappella tal-Millennju nfetħet fit-8 ta’ Diċembru 2000. Oasi ta’ paċi fil-qalba tal-post tad-divertiment u t-turiżmu. Miftuħa kuljum mid-9.00 am sas-2.00 am tal-għada għal kull persuna, hi x’inhi r-reliġjon jew kulur. Ġesù Ewkaristija huwa dejjem espost għall-adorazzjoni u l-post joffri servizzi ta’ counselling għal min għandu xi problema. Immexxija minn Fundazzjoni ta’ Lajċi maħtura mill-Provinċja Agostinjana.
-
Direttur
Rev. P. Hilary Tagliaferro O.S.A.
-
Telefon
2135 4464
-
Ċelebrazzjonijiet
Talb ta’ nofsinhar bis-Salmi: Kuljum 12.15 pm;
Adorazzjoni tal-Ħniena Divina: Kull l-aħħar ġimgħa tax-xahar fil-5.30 pm.
Adorazzjoni Taize’: Kull l-ewwel ġimgħa tax-xahar fis-7.30 pm
-
Kappelli tal-Adorazzjoni
Parroċċa ta’ San Ġiljan
Car Park tal-Knisja, San Ġiljan
Ħinijiet tal-ftuħ:
7.30am – 9.30pm (kuljum)
Millennium Chapel
Triq il-Knisja, San Ġiljan
Ħinijiet tal-ftuħ:
9.00am-2.00am
Minħabba r-restrizzjonijiet marbutin mal-COVID-19, il-ħinijiet tal-quddiesa nbidlu
Agħfas hawn biex tara l-ħinijiet il-ġodda
Agħfas hawn biex tara l-ħinijiet il-ġodda