-
Meta l-inħawi bejn Birkirkara u tas-Sliema, wara l-gwerra, bdew jiżviluppaw, Mons. Gonzi talab lill-patrijiet Kapuċċini biex jieħdu ħsieb il-ħajja spiritwali tan-nies. Il-Kapuċċini bdew il-ħidma tagħhom fis-sena 1956 u ħasbu għall-bini ta’ knisja dedikata lill-Madonna ta’ Lourdes u tlestiet fl-1959. Fl-1965 saret knisja parrokkjali tal-post.
Numru ta’ parruċċani: 13,500Numru ta’ familji: 3,500
-
Parroċċa Tal-Madonna Ta’ Lourdes
Data tad-dedikazzjoni 12 ta’ Mejju 1962
-
Kappillan
P. Emmanuel Abela OFM Cap
Mobile: 79268281
-
Uffiċċju Parrokkjali
Kunvent tal-Kapuċċini
Pjazza Lourdes
San Ġwann SGN 2010
-
Ħinijiet tal-Uffiċċju
It-Tnejn L-Erbgħa u l-Ġimgħa
9.00 – 11.00 am
7.00 – 8.00 pm
-
Telefon
2138 6112 / 3
-
-
Facebook
Parrocca Lourdes – San Gwann
-
Presbiterju Parrokkjali
P. Emmanuel Abela OFM Cap, Kappillan
P. Joe Grixti OFM Cap, Viċi u Żona Taż-ŻwejtP. Joe Libreri OFM Cap, Viċi u Żona MensijaP. Mario Borg OFM Cap
P. John Vella OFM CapP. Martin Micallef OFM CapBr. Jesmond Ciantar OFM CapBr. Elmar Pace OFM CapKunsill Pastorali Parrokkjali
President: Sur Tony Micallef
Segretarju: Ms Ruth Cauchi
-
Quddies
Ħdud u Festi: 7.00, 8.30, 10.00, 11.30 am u 6.00 pm
Sibtijiet: 7.00, 7.45, 8.30 am, 5.45 pm u 7.00 pm
Festi Pubbliċi: 7.00, 7.45, 8.30 am u 6.30 pm
Ġranet Ferjali: 6.00, 7.00, 7.45, 8.30 am u 6.30 pm
-
Knejjes Filjali
-
Ta’ Żwejt – Ċentru Pastorali “Nazaret”
-
Rettur
P. Joe Grixti OFM Cap
-
Quddies
Ħdud u Festi: 9.00 am
Ġranet Ferjali: It-Tlieta u l-Ġimgħa: 6.30 pm
Is-Sibt: 6.00 pm
-
Santwarju tal-Madonna tal-Mensija
Il-knisja hi mibnija fuq għar li skond it-tradizzjoni, meta stab, kien hemm xbieha tal-Madonna bil-musbieħ jixgħel quddiemha. Il-knisja sa qabel il-gwerra kienet tinsab f’nofs il-kampanja, u kienet ingħalqet mill-isqof fl-1659 iżda reġgħet infetħet meta ġiet restawrata. Illum fiha jistgħu jsiru żwiġijiet.
-
Rettur
P. Joe Libreri OFM Cap
-
Quddies
Ħdud u Festi: 11.00 am
Is-Sibt: 5.30 pm
Ġranet Ferjali: 5.30 pm
-
Kappella ta’ San Filippu u San Ġakbu
Il-kappella nbniet fl-1730 mill-prepostu ta’ Birkirkara ta’ dak iż-żmien.
-
Kappella Santa Margerita
Il-kappella nbniet fis-seklu sittax u ngħalqet fis-sena 1568, iżda reġgħet infetħet erba’ snin wara; fi żmien l-aħħar gwerra ġarrbet ħsarat kbar u kważi nqerdet għal kollox, iżda ġiet mibnija mil-ġdid u nfethet fl-1990; qed isservi għal-laqgħat ta’ talb u għall-laqgħat ta’ l-għaqdiet.
-
-
Kappella ta’ San Ġwann ta’ l-Għargħar
Il-kappella li tinsab f’nofs it-triq li tieħu għal tas-Sliema, kienet ingħalqet mill-isqof Balaguer fl-1659 iżda nfetħet mill-ġdid fl-1472. Meta l-patrijiet Kapuċċini, fuq talba ta’ l-Arċisqof Mons. Gonzi bdew jieħu ħsieb il-ħajja spiritwali tan-nies tal-post, fil-bidu kienu jaqdu l-missjoni tagħhom minn din il-kappella; illum qed tintuża għat-taghlim tad-duttrina mill-Museum tal-Bniet.
-
Kappella tal-Adorazzjoni
Kappella Santa Margerita
Indirizz:
Triq il-Kappella, San Ġwann
Ħinijet tal-Ftuħ:
7.30am – 9.00pm
Minħabba r-restrizzjonijiet marbutin mal-COVID-19, il-ħinijiet tal-quddiesa nbidlu
Agħfas hawn biex tara l-ħinijiet il-ġodda
Agħfas hawn biex tara l-ħinijiet il-ġodda