Santa Venera

  • Il-knisja l-antika ta’ Santa Venera ġiet fdata f’idejn il-patrijiet Karmelitani fis-sena 1912 meta ma kienx għad hemm ħafna nies. Sitt snin wara, Santa Venera saret parroċċa. Minħabba li l-popolazzjoni baqgħet dejjem tiżdied, il-patrijiet ħassew il-ħtieġa li jibnu knisja oħra f’post aktar ċentrali, fi Triq San Ġużepp. Fit-3 ta’ Dicembru 1989 il-knisja l-ġdida saret il-knisja parrokkjali u fis-6 ta’ Ottubru 1990 tqiegħdet l-ewwel ġebla tal-knisja l-ġdida. Din tbierket fis-17 ta’ Lulju 2005.

    Numru ta’ Parruċċani: 10,000

    Numru ta’ Familji: 2,400

  • Knisja Parrokkjali Ta’ Santa Venera

  • Kappillan

    Patri Maurice Abela O.Carm

  • Uffiċċju Parrokkjali

    Triq il-Parroċċa

    Santa Venera

    SVR 1261

  • Ħinijiet tal-Uffiċċju

    It-Tnejn u s-Sibt

    8.00 a.m. – 9.00 a.m.

    L-Erbgħa u l-Ġimgħa

    4.30 p.m. – 5.30 p.m.

  • Telefon

    2148 2851

    Mowbajl

    79071610

  • Presbiterju Parrokkjali

    Patri Maurice Abela O.Carm, Kappillan

    P. Joseph Falzon O.Carm, Pirjol

    P. Samuel Abela O.Carm

    Kunsill Pastorali Parrokkjali

    President: Patri Maurice Abela O.Carm, Kappillan

    Moderatur u PRO: Sur Stanley Spiteri

    Segretarja: Ms Josette Zerafa

  • Quddies

    Ħdud u Festi: 7,00, 8,00, 9.00, 11.30am; 6.00pm

    Sibtijiet filgħaxija: 6.30pm

    Ġranet Ferjali: 7.00, 8.30am; 6.30pm

  • Knisja l-Qadima ta’ Santa Venera

  • Rettur

    P. Jurgen Cucciardi  O.Carm

  • Telefon

    2148 4053

  • Indirizz

    Misraħ Santa Venera

    Santa Venera

    SVR 1681

  • Quddies

    Ħdud u Festi: 7.30. 8.30, 10.00am; 6.00pm

    Sibtijiet Filgħaxija: 5.00, 6.00pm

    Ġranet Ferjali: 6.30, 7.15, 6.00pm

  • Knisja ta’ San Ġużepp

    L-Istitut San Ġużepp twaqqaf fis-sena 1888 minn Mons. F. Bonnici f’dar fil-Ħamrun. Malajr ħass il-ħtieġa li jkabbar, u ħa b’ċens mingħand il-Gvern l-art fejn illum hemm mibni l-Istitut, li tela’ bit-tħabrik ta’ Dun Ġorġ Bugeja. Maż-żewġ blokki ta’ l-Istitut, Dun Ġorġ Bugeja żied il-knisja li hemm illum. L-Istitut għal xi żmien kien immexxi mill-Frères, iżda llum hu f’idejn is-Soċjetà Missjunarja ta’ San Pawl.

    Data tad-Dedikazzjoni: 14 ta’ Mejju 1916

  • Rettur

    Fr Louis Mallia MSSP

  • Telefon

    2124 5046; 2123 1252

  • Indirizz

    Dar San Ġużepp

    Triq San Ġużepp

    Santa Venera

    SVR 1010

  • Quddies

    Ħdud u Festi: 8.30 am

    Sibtijiet: 8.00 am; 7.30 pm

    Ġranet Ferjali: 7.00 am

  • Kappella tal-Adorazzjoni

    Parroċċa Santa Venera

    Indirizz:

    Numru 387, Triq il-Kbira San Ġużepp

    Ħinijiet tal-ftuħ:

    Mit-Tnejn sal-Ġimgħa:

    7.00am – 5.00pm (fis-sajf sas-6.00pm)