Syrian monk murdered

Il-Kongregazzjoni tal-Vatikan għall-Knejjes ta’ Lvant esprimiet sogħba għall-qtil ta’ Fr Franҫois Mourad. Il-Prefett tal-Kongregazzjoni, il-Kardinal Leonardo Sandri, bagħat il-kondoljanzi tiegħu lill-Knisja Siro-kattolika u lill-Kustodja tal-Art Imqaddsa, flimkien mal-komunita kollha tal-pajjiż. Qal li dan il-każ ta’ vjolenza inġustifikabbli jkompli jżid it-tħassib dwar is-sitwazzjoni. Qal li l-mexxejja u l-komunita internazzjonali għandhom jidħlu f’qoxrithom u jixtarru dak li l-Papa ilu jgħid li l-armi tal-gwerra għandhom jisktu u minflok jiftaħ l-istaġun tal-ġustizzja u r-rikonċiljazzjoni, lejn futur ta’ paċi.

Skont Patri Pierbattista Pizzaballa, Kustodja tal-Art Imqaddsa, Patri François Murad ta’ 49 sena, inqatel minn grupp ta’ fundamentalisti Iżlamiċi waqt li kien qed jaqdi l-missjoni tiegħu fis-Sirja. Riċentament, huwa ġie trasferit fis-Sirja minn Aleppo biex jgħin il-patrijiet Franġiskani.

François Murad inqatel minn militanti ta’ Jabhat al-Nusri, grupp ta’ ribelli iżlamiċi li jopera fin-naħa ta’ fuq tas-Sirja.

Hu mifhum li wara li nqatel Patri Murad, il-militanti Iżlamiċi taw in-nar il-monasteru ta’ San Simeone.