• ****

    Direttur: Ericson Core
    Atturi: Edgar Ramirez,  Luke Bracey, Teresa Palmer, Delroy Lindo, Ray Winstone, Matias Varela, Clemens Schick u Tobias Santelmann
    Ħin tal-Film: 113 min
     
    Maħruġ minn KRS Releasing  Ltd                                      
     
    Klassifika taċ-Ċensura: 12A
    Klassifika tal-Knisja: 12
     
    Johnny Utah hu atleta estrem, lest għal kull sfida. Flimkien ma’ sieħbu Jeff, jittanta fuq il-muturi tagħhom  li jittraversaw fuq medda dejqa ta’ art għolja iżda li spiċċat bi traġedja meta Jeff ma jirnexxielhux iwettaqha b’suċċess. Seba’ snin wara din  l-avventura traġika, Utah qiegħed jittanta biex  isir aġent tal-FBI. Waqt it-taħriġ, il-kandidati jintwerew filmat ta’ kriminali jwettqu serqa drammatika ta’ ġojelli. Kien hemm serqa oħra, li deher biċ-ċar li kienet mill-istess grupp ta’ kriminali. Din id-darba tiġri ġewwa l-Messiku meta dawn jisirqu miljuni ta’ dollari. Ma kien hemm ebda dubju li kienu l-istess nies li qegħdin jittantaw iwettqu dak magħruf li jissejjaħ Ozaki 8, lista ta’ provi iebsa li ssarraf il-karattru tal-bniedem li jgħaddi minnha. Dan il-grupp ta’ kriminali kien ġa wettaq tlieta. Utah ibassar li issa kien imiss ir-raba’ attentat . Dan kellu jseħħ ġewwa Franza waqt fenominu ta’ mewġa kbira li minn żmien għal żmien kienet  isseħħ f’dawk l-inħawi. Wara li jippreżenta l-analiżi tiegħu, Utah jintbagħat ġewwa Franża bħala aġent bil-moħbi taħt l-isem ta’ Pappas. Utah isib għajnuna minn oħrajn biex jittanta jirkeb fuq l-mewġ iżda hekk kif ikun jagħmel dan, Utah isib ruħu f’diffikulta’ tant li kważi jitlef ħajtu li kieku ma kienx surfer ieħor li salvah minn mewta ċerta. Meta jistejqer, Utah isib ruħu abbord jott ma’ Bodhi, s-surfer li kien salvah. Miegħu kien hemm t-tim tiegħu Roach, Chowder u Grommet.  Waqt parti abbord, Utah isir jaf lil Samsara. Meta l-għada  ssib il-grupp ġewwa stazzjon mitluq tal-ferrovia f Pariġi, Bodhi jtih l-opportunita’ ta’ ġlieda miegħu u li din il-ġlieda ddaħħlu fil-grupp. Xi jsir minn hawn issa li Utah jidħol fi grupp?
    Film Amerikan, bi 3D, mimli azzjoni taħt il-direzzjoni ta’  Ericson Core, kitba ta’ Kurt Wimmer.  Minhabba vjolenza, użu ta’ droga, kif ukoll xi kliem goff u l-folosofija war l-attentati, jkun tajjeb li l-film jarawh dawk li għalqu t-tnax il-sena.