• It-total ta’ postijiet vakanti għall-ewwel sena kindergarten subien oriġinarjament kien ta’ erbgħa u sittin (64) post. Wara li naqqsu dawk tal-ewwel kriterju u dawk tat-tieni kriterju, każijiet serji, u dawk li għandhom ħuthom qed japplikaw din is-sena, baqa’ wieħed u għoxrin post (21).

    It-total ta’ postijiet vakanti għall-ewwel sena kindergarten bniet oriġinarjament kien ta’ wieħed u disgħin (91) post. Wara li naqqsu dawk tal-ewwel kriterju u dawk tat-tieni kriterju, każijiet serji, u dawk li għandhom ħuthom qed japplikaw din is-sena, baqa’ tnejn u għoxrin post (22).

    Wieħed ifakkar li l-proċess beda f’Novembru 2014 meta ppublikajna r-Regolamenti għad-dħul fl-ewwel sena kindergarten tal-Knisja. Ftit wara saru l-applikazzjonijiet skont l-Ewwel Kriterju u f’Jannar 2015 infurmajna lill-pubbliku kemm kellna applikazzjonijiet tal-Ewwel Kriterju. Fuq il-websajt tal-Kurja ppublikajna d-dettalji ta’ dawn l-applikanti.

    Is-Sibt, 18 ta’ April saret il-polza tal-għażla imma ma konniex f’pożizzjoni li nippublikaw in-numru ta’ postijiet vakanti għaliex kellna diversi applikanti li setgħu jkollhom post jekk ħuhom il-kbir jew oħthom il-kbira tinkiteb fi skola li għandha l-ewwel sena kindergarten.

    L-applikanti konċernati li jridu jattendu għall-għażla ta’ Skola nhar is-Sibt, 16 ta’ Mejju f’St Paul’s Missionary College, r-Rabat, ġew infurmati b’ittra li ntbagħtet bil-posta. Aktar informazzjoni ġiet ippublikata fuq il-websajt tal-Kurja fir-rapport li fih ir-riżultat tal-polza tal-għażla. Jekk ikun hemm min ma’ jagħżilx post f’kindergarten tal-Knisja jissejjaħ min imissu.

    Il-Bord tad-Dħul Skejjel tal-Knisja