Il‑Bord tad‑Dħul tal‑IskejjeI tal‑Knisja jinforma lill‑pubbliku li għandu erba’ postijiet vakanti fl‑Ewwel Sena Sekondarja għal subien li għandhom statement ta’ shared sapport. Tliet postijiet vakanti huma f’St Elias College f’Santa Venera u post fi Stella Maris College fil‑Gżira. Dawn il‑postijiet vakanti għall‑applikanti oħra se jimtlew skont ir‑Regolamenti tad‑Dħul tal‑Każijiet Serji u skont dawn id‑dettalji.

L‑applikazzjonijiet se jintlaqgħu online biss minn knisja.mt/applications minn nhar il‑Ħamis 26 ta’ Awwissu sat‑Tlieta 31 ta’ Awwissu 2021. Il‑konferma tal‑applikazzjoni se tintbagħat sat‑Tnejn 6 ta’ Settembru 2021.

Il-polza ssir nhar il‑Ġimgħa, 10 ta’ Settembru, fit‑8:30 a.m. fil‑Kurja tal‑Arċisqof, il‑Furjana. Jistgħu jattendu dawk li se jieħdu sehem fil‑polza filwaqt li jaderixxu mal‑protokolli kontra l-imxija tal‑COVID‑19.

Aktar informazzjoni tista’ tinkiseb minn knisja.mt/skejjeltalknisja jew billi ċċempel fuq 25906306/9.