• Ġiet ippremjata r-rebbieħa tal-kaċċa għat-teżor li saret fl-open weekend tal-Kurja fl-20 u l-21 ta’ Lulju 2019. Maria Elena Pace, tifla ta’ 10 snin minn Ħal Qormi, ġiet fl-ewwel post mill-parteċipanti kollha li ħadu sehem f’din il-kompetizzjoni. Fil-jiem li għaddew, it-tifla flimkien mal-ġenituri tagħha ġew ippreżentati bi tliet kotba mis-Sur Michael Pace Ross, is-Segretarju Amministrattiv tal-Arċidjoċesi ta’ Malta.  

    Il-kaċċa għat-teżor saret bil-ħsieb li tinvolvi iktar lit-tfal u lill-adulti waqt l-open weekend fil-Kurja, biex jiskopru iktar dwar il-binja storika ta’ Casa Manresa u dwar l-Arċidjoċesi ta’ Malta.

    Madwar 1,400 persuna żaru l-Kurja fil-Furjana matul l-open weekend u kellhom l-opportunità jammiraw l-arkitettura barokka, l-opri tal-arti li jinsabu fir-refettorju kif ukoll il-kappella ddedikata lill-Madonna ta’ Manresa fost oħrajn.

    Ritratti: knisja.mt/ritratti