• Fl-Oratorju MSSP, nhar it-Tnejn 26 ta’ Settembru 2016, għas-sitt sena konsekuttiva, ġie mniedi l-programm għas-sena pastorali 2016/2017. Din is-sena wkoll, il-programm huwa mżewwaq b’diversi attivitajiet u avvenimenti li jilħqu lil kulħadd: tfal, adoloxxenti, żgħażagħ u adulti. Żgur li kulħadd isib post. Ma dan kollu, il-Kelma ta’ Alla u l-Liturġija jibqgħu dejjem iċ-ċentru ta’ kull ma jsir ġewwa l-Oratorju. L-għan prinċipali huwa dejjem it-tisħiħ tal-mixja spiritwali ta’ fidi li tingħex flimkien ma’ oħrajn li għandħom l-istess għan.

    Kulħadd huwa mistieden li jingħaqad mal-komunità fl-Oratorju matul is-sena għall-wieħda jew aktar minn dawn l-attivitajiet/avvenimenti.

    Agħfas hawn biex tnizzel il-Programm bħala PDF

    Għal aktar informazzjoni wieħed jista’ jibgħat e-mail fuq [email protected]