• CAM Productions se jipproduċu żewg programmi fl-iskeda tax-xitwa 2015 fuq One Tv u Net Tv.

    Sejjaħtli helpline, kull nhar ta’ Erbgħa bejn 22:40 u 23:25 fuq One Tv se jkun ippreżentat minn Joyce Cassar flimkien mal-mistieden residenti Fr Rene Camilleri. Dan il-programm se jibda jixxandar nhar l-Erbgħa 30 ta’ Settembru 2015, u se jikkonsisti f’diskussjoni dwar storja li jkun bgħat xi ħadd mit-telespettaturi, jew storja li jaqsam xi ħadd waqt telefonata fil-programm.  Il-mistiedna fl-istudjos jagħtu dak li jaħsbu li hu l-aħjar parir. 

    Il-programm GĦALKULĦADD, kull nhar ta’ Ħadd bejn 10:15 u 11:15 fuq NET TV se jkun ippreżentat minn Massimiliana De Martino. L-ewwel programm għal din l-iskeda jixxandar nhar il-Ħadd 4 t’Ottubru 2015. GĦALKULĦADD se jiffoka fuq il-Liturġija tal-Ħadd u d-diskussjoni fl-istudjos se tiffoka fuq kif nistgħu ngħixu l-Evanġelju fil-ħajja ta’ kuljum. Fl-ewwel skeda se jkun hemm 3 mistiedna residenti fl-istudio. Minbarra d-diskussjoni, se jkun hemm ukoll intervisti u l-qari tal-Evanġelu minn raħal jew villaġġ differenti kull ġimgħa. Se tingħata wkoll informazzjoni dwar il-post u jsiru intervisti dwar l-attivitajiet li jkunu se jittellgħu fil-qrib. 

    Iż-żewġ programmi huma produzzjoni ta’ CAM Productions international taħt id-direzzjoni ta’ Fr. Louis Mallia MSSP.