Quddiesa fis-Solennità tal-Epifanija, iċċelebrata mill-Arċisqof Charles Jude Scicluna, fil-Konkatidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta. Waqt il‑quddiesa tal‑lum se jitħabbru l‑festi tal‑Mulej għas‑sena 2021 u l‑Arċisqof se jagħti l‑Ministeru tal‑Lettorat u l‑Ministeru tal‑Akkolitat lil ħames seminaristi.

It‑tliet seminaristi Gylan Camilleri, Ian Diacono u Clive Seychell  se jsiru qarrejja uffiċjali tal‑Kelma ta’ Alla waqt il‑quddies u waqt ċelebrazzjonijiet liturġiċi oħra, waqt li iż‑żewġ seminaristi Sean Abela u Jean‑Claude Attard se jingħataw l‑uffiċċju li jgħinu lis‑saċerdot u lid‑djakni fil‑qadi tal‑ministeru tagħhom waqt iċ‑ċelebrazzjoni tal‑Ewkaristija, iqarbnu lil ħuthom Insara, u jitħeġġu fl‑imħabba personali tagħhom lejn l‑Ewkaristija.


Għin lillArċidjoċesi twettaq ilmissjoni tagħha


Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek.
Ħeġġiġni bl-imħabba għalik biex f’ħajti u f’mewti jiena nemmen fik,
nitma’ fik
u nibqa’ nħobbok għal dejjem.
Ammen.


Idħol hawn u agħfas SUBSCRIBE biex iżżomm lilek innifsek aġġornat permezz tax-xandiriet tal-Arċidjoċesi ta’ Malta fuq YouTube.