• Quddiesa ta’ ringrazzjament għaż-żewġ Qaddissin ġodda

  • Nhar il-Ħadd 4 ta’ Mejju 2014, l-Knisja f’Malta ser tiċċelebra Quddiesa ta’ ringrazzjament fl-okkażjoni tal-kanonizzazzjoni tal-Papa Ġwanni XXIII u l-Papa Ġwanni Pawlu II. Din il-Quddiesa ser issir fil-Knisja Parrokkjali ta’ Sant Elena, Birkirkara, fis-6.30 p.m., u ser tiġi ċċelebrata mill-Arċisqof Pawlu Cremona O.P. In-Nunzju Appostoliku, Mons. Aldo Cavalli u l-Isqof Awżiljarju Charles J. Scicluna ser jikkonċelebraw.

    Dakinhar ser titqassam tifkira f’forma ta’ santa b’żewġ talbiet lill-Qaddissin ġodda: San Ġwanni XXIII, Papa u San Ġwanni Pawlu II, Papa.

    Kulħadd huwa mistieden jattendi, partikolarment dawk li huma devoti lejn dawn iż-żewġ qaddissin minħabba r-rabta li huma kellhom mal-Gżejjer Maltin.