• Fil-jiem li għaddew, fil-Kurja tal-Arċisqof ġie inawgurat ix-xogħol ta’ restawr u ta’ konservazzjoni li sar fuq tliet pitturi storiċi li jmorru lura għas-seklu 18. Il-pitturi juru x‑xbihat tal‑Immakulata Kunċizzjoni, tal‑Madonna tar‑Rużarju ma’ qaddisin Dumnikani, u tal‑Missier Etern.

    Waqt l-inawgurazzjoni, li saret fil-knisja ta’ Manresa fil-Kurja, ingħatat preżentazzjoni kritika dwar il-pitturi mill-istorika tal‑arti Dr Theresa Vella. Ir-restawr sar mid-ditta Atelier del Restauro u sar bl-għajnuna ta’ APS Bank. Fil-ġimgħat li ġejjin mistennija jsir xogħol ta’ restawr fuq pitturi oħra li jinsabu fil-Kurja tal-Arċisqof.

     

  •