The BOV Volleyball Marathon in aid of Dar tal-Providenza will kick off today at 6pm. The 53 hours non-stop volleyball Marathon, which will be held at the Car Park of the same Dar tal-Providenza will come to an end at midnight on Saturday.

Illum il-Ħamis 28 ta’ Ġunju ser jinghata bidu, għall-BOV Volleyball Marathon, b’ riżq id-Dar tal-Providenza li ser issir fil-parkeġġ tad-Dar tal-Providenza, li jingħata sura oħra u jigi trasformat biex jkun jistgħa jilqa’ il-maratona. It-tema tal-Maratona hija Sabih li tagħti. Il-Maratona tibqa’ għaddejja sa’ nofs il-lejl ta’ nhar is-Sibt li ġej.

Il-kumitat organiżżattiv ħa ħsieb li din is-sena jkun hemm attivita’ għal familja kollha, bil-parteċipazzjoni ta’ l-aqwa talent lokali. Fost il-kantanti li ser jkun hemm insibu lil Elenor Cassar, Claudette Pace, La Barokka, Glen Vella, Janvil, Deborah C, Roger Tirazona, Mikaela, Martin Elvis, Greenfields, Fabrizio Faniello, Chiara, Mary Rose Mallia, Renato, Thea Garret, Amber, Freddie Portelli, Ludwig Galea, live band ta’ Paul Abela u Kurt Calleja.

Apparti dan l-ispettaklu, fiż-żona ta’ fejn ser tkun qed issir il-Maratona, ser ikun hemm ukoll spazju ta’ divertiment għat-tfal li ser ikun b’xejn. F’din iż-żona ser jkun hemm Bouncing Castle, Face Painting u Balloons Modeller.

Wieħed isib ukoll ikel u xorb bi prezzijiet raġjonevoli.

Il-Maltin u l-Ghawdxin huma mistiedna biex jattendu u jagħmlu d-donazzjonijiet tagħhom b’riżq id-Dar tal-Providenza.

Ta’ min jgħid li l-Maratona għanda tliet skopijiet.

L-ewwel skop hu li jinġabru fondi biex is-servizz siewi li tagħti d-Dar tal-Providenza jibqa għaddej u jitjieb. Id-Dar tal-Providenza, kif jaf kullħadd, toffri ambjent ta’ familja lil diversi persuni b’diżabilita li għal xi raġuni jew oħra ma’ kienx possibli li jibqgħu jgħixu mal-familja naturali tagħhom. Id-Dar toffri wkoll servizz ta’ respite lil familji ta’ persuni b’diżabilita biex ikun qed jingħataw appoġġ biex il-membri tal-familja b’diżabilita jibqgħu jgħixu fl-ambjent naturali tagħhom.

It-tieni skop hu li permezz ta’ din il-maratona jkun inkoraġġit il-volontarjat. It-tielet skop huwa li jigi nkoraġġit l-isport.

L-aħħar skop hu li jasal il-messaġġ li d-Dar tal-Providenza trid dejjem tibgħat. Is-soċjeta dejjem trid tirrispetta lill-persuni b’diżabilita, titratthom bid-dinjita li jixirqilhom u toffrilhom l-għażliet u l-opportunitajiet li kulħadd għandu dritt li jgawdi.

Id-donazzjonijiet jistghu jsiru kif gej

Telefon: 10 Eur – 5160 2011; 15 Eur – 5170 2012; 25 Eur – 5180 2013

SMS:   7 Eur  – 5061 8944