• Direttur: Christopher B. Landon

    Atturi: Tye Sheridan, Logan Miller, Joey Morgan, Sarah Dumont, David Koechner, Halston Sage, Chris Leachman u Niki Koss

    Ħin tal-Film: 93 min

    KLASSIFIKA TAĊ-ĊENSURA: 15

    KLASSIFIKA TAL-KNISJA: 18

    Tliet żgħażagħ, Ben, Carter u Augie qegħdin jagħmlu kampamja biex idaħħlu magħhom skawts ġodda  fit-truppa tagħhom taħt il-mexxej Rogers. Augie minn dejjem xtaq li jkun fil-moviment iżda Ben u Carter ma tantx kienu ħerqana li jibqgħu. Carter ipprova jikkonvinċi lil Ben biex jitilqu iżda Ben ma xtaqx għall-fatt li sieħbu Augie kien sejjer jingħata l-Condor Patch. Fi triqthom lejn il-bosk, waqt li  kienu jitkellmu, Ben aċċidentalment jolqot ċerva. Huma talbu l-għajnuna minn oħt Carter u sħabha li kienu fit-triq. Dawn ilkoll marru biex jaraw  x’jistgħu jagħmlu biċ-ċerva milquta iżda ssibu li ċ-ċerva kienet għabet. Ben u Carter jigu mistiedna għal parti. Waqt li kienu qegħdin jixtru x-xorb għal parti,  jiltaqgħu ma’ Denise li kienet taħdem bħala wejtres fi klabb faċċata. Denise u Ben  jidħer li nġibdu lejn xulxin tant li Denise stess xtrat ix-xorb għalihom. Meta jiltaqgħu ma’ Augie fil-bosk,  bdew jitħasbu meta l-mexxej tat-truppa, Rodgers baqa’ ma dherx.  Ben u Carter xtaqu żżommu l-appuntament li kellhom għal parti u ddeċiedew li bil-moħbi, matul il-lejl iħallu lil  Augie waħdu.  Meta marru għal Denise jsibu ruħhom attakkati minn żombi li ftit qabel kien jaħdem fejn kienet taħdem Denise u issa jidher li tbiddel f’żombi. Denise ssalvahom u t-tlieta  jmorru jaraw x’ġara minn Rodgers.  Iżda meta jidħlu fid-dar ta’  Rodgers, isibu li Rogers sar żombi hu wkoll. Rogers jattakkahom. Biex jeħilsu minnu  kellhom ituh in-nar. Ben, Carter u Denise mmorru lejn l-għassa tal-pulizija iżda hawn isibu li l-belt kollha ġiet evakwata għaliex numru ta’ nies saru żombies. X’qiegħed jiġri fil-belt? Kif sejrin dawn it-tliet iħbieb jeħilsu minn żombies li issa ġew biex jattakkaw lil min isibu?   X’kien ġara?

    Film Amerikan, kummiedja u ta’ ‘twerwir’,  taħt id-direzzjonij ta’ Christopher B. Landon, ilaqqgħana ma’ tliet iħbieb li jgħaddu minn esperjenza mhux tas-soltu meta jkollhom jiġu wiċċ imbwiċċ ma’ numru ta’ żombi li bdew jattakkw lil kull min isibu. Bħala skawts,  daħlu għal missjoni biex jaraw kif jeħilsu l-belt minn dan l-inkwiet serju. Tajjeb li l-film jarawh dawk li għalqu t-tmintax  –il sena.