• Seminar dwar il-Papa Ġwanni XXIII u il-Papa Ġwanni Pawlu II

  • Nhar l-Erbgħa 23 ta’ April 2014, ġewwa l-Parlament, il-Fondazzjoni IDEAT tellgħet seminar bit-tema “Ġwanni XXIII – Ġwanni Pawlu II: Papiet Differenti Għal Żminijiet Differenti”.
     
    L-iSpeaker l-Onorevoli Anġlu Farrugia kien mistieden jiftaħ is-seminar.  L-iSpeaker tenna d-diskors tiegħu fejn qal li dawn il-personaġġi, li mxew ħajja qaddisa, li kienu r-rgħajja spiritwali tagħna, taw ħajjithom għall-politika differenti minn dik li aħna nagħrfu ta’ rivalita’, ta’ wieħed kontra iehor. Tawna politika  ta’ mħabba lejn il-proxxmu tagħna, ta’ ġustizzja, ta’ karita’, ta’ liberta’, u bbażata fuq il-verita’ li tgħaqqadna u tidfen il-kuntrarju li jifred bniedem minn ieħor, ġens minn ieħor, filwaqt li tgħaqqad l-għerf li Alla tagħna sabiex jitwettaq biss il-ġid mal-ħolqien t’Alla, li huwa jien u int.
     
    Fost il-kelliema ewlenin kien hemm l-Isqof Awżiljari l-Eċċelenza Tiegħu Mons Charles Scicluna, il-fundatur tal-Laboratorju tal-Paċi Patri Dionisju Mintoff u r-Rettur tas-Seminarju tal-Arċisqof Fr. Jimmy Bonnici, filwaqt li s-seminar ġie mmoderat mis-Sur Frank Zammit.

  • Ritratti: DOI