Nhar is-Sibt 29 ta’ Ottubru 2011 – il-mużiċisti nsara se jiltaqgħu għall-seminar ta’ fomrazzjoni ġewwa Dar Frate Jacoba f’Marsascala, bi preparazzjoni għall-Konkors Jum Dinji taż-Żgħażagħ.

Il-konferenza, bit-tema ‘MoreVolume’, se tkun imqassma fuq sessjonijiet ta’ diskussjoni kif ukoll eżerċizzji prattiċi li jiffukaw fuq l-irwol uniku tal-mużiċisti bħala ministri.

‘MoreVolume’ se jkun immexxi mill-band taljana Nuova Civiltà li ġiet mistiedna apposta. Matul iż-żjara tagħhom, Nuova Civiltà se jdoqqu f’diversi postijiet oħra, fosthom kunċert ‘live’ ġewwa Hard Rock Cafe f’Baystreet, is-Sibt filgħaxija stess.

MoreVolume huwa organiżżat mill-Kummissjoni Djoċesana Żgħażagħ (KDŻ) wara konsultazzjoni li saret mall-mużiċisti aktar kmieni din is-sena. Id-djoċesi rat żieda sinjifikanti fin-numru ta’ bands u produzzjonijiet insara matul dawn l-aħħar ħames snin.