• Għat-tieni sena konsekuttiva is-Segretarjat għall-Edukazzjoni Nisranija organizza ġimgħa seminar għall-impjegati tiegħu. Fi żmien fejn l-iskejjel ikunu bl-eżamijiet u s-servizzi fl-iskejjel jonqsu, dan kien il-mument ideali fejn l-istaff kollu jinġabar flimkien u jingħata taħriġ relatat direttament mat-tiġdid tal- bżonnijiet professjonali  tagħna.
    Minbarra taħdidiet dwar l-aspetti tax-xogħol tagħna, saret sessjoni prattika dwar kif l-għalliema jaħdmu mat-tfal f’sitwazzjonijet ta’ kunflitt, u saret taħdita dwar il-kundizzjonijiet psikiċi fit-tfal. Din is-sena s-seminar kien jinkludi wkoll taħdidiet li jolqtu l-ħajja spritwali. Is-seminar infetaħ minn Fr Renè Camilleri, Delegat tal-Arċisqof għall-Evanġelizazzjoni, u kien jinkludi wkoll taħdita dwar il-Ġublew tal-Ħniena minn Mons. Mario Grech, Isqof t’Għawdex. Is-Seminar intemm b’Quddiesa għas-Segretarjat tal-Edukazzjoni Nisranija minn Fr Charles Mallia O.Carm, Delegat tal-Arċisqof għall-Iskejjel tal-Knisja.
     
    Ritratt: Uffiċċju Komunikazzjoni, Kurja