Pope Benedict XVI

Is-sena 2010 għandha tkun waħda mill-iktar intensivi għall-Papa Benedittu XVI, ta’ 82 sena, imbassra bħala l-iktar waħda attiva għall-Kap tal-Knisja Kattolika fl-aħħar 5 snin. Is-sena għandha tinkludi erba’ vjaġġi internazzjonali u Sinodu dwar il-Lvant Nofsani. Il-Papa se jkun qed iżur Malta, il-Portugall, Ċipru u r-Renju Unit. Huwa se jkun qed jippresiedi wkoll l-ewwel Sinodu dwar il-Lovant Nofsani. Id-diversi pellegrinaġġi fl-Italja se jkunu jinkludu wkoll ċelebrazzjonijiet li ma jkunux organizzati fit-tul.

Hija sena li matulha l-Papa Ġwanni Pawlu II jista’ jasal għall-beatifikazzjoni. L-2010 tista’ tara wkoll il-publikazzjoni tat-tieni parti tal-ktieb best-seller tal-Papa Benedittu XVI ‘Ġesu ta’ Nażaret’. Għandha toħroġ ukoll l-eżortazzjoni appostolika tiegħu bil-konklużjonijiet tas-Sinodu tal-2008 dwar il-Kelma t’Alla. Fost oħrajn l-2010 għandha tara kwistjonijiet bħall-progress fl-għaqda bejn l-insara u bejn reliġjonijiet differenti, partikolarment l-Islam u l-Ġudaiżmu, fuqnett tal-aġenda tal-Papa.

Fil-fatt, waħda mill-iktar attivitajiet simboliċi tas-sena se ssir fis-17 ta’ dan ix-xahar ta’ Jannar bi żjara fis-sinagoga ta’ Ruma. Dan se jsir ftit ġimgħat wara li xi Lhud ipprotestaw għar-rikonoxximent uffiċjali mill-Papa tal-virtujiet erojċi ta’ wieħed mill-predeċessuri tiegħu – il-Papa Piju XII.

Sakemm il-Papa, fl-evalwazzjoni tal-2009, qal li kienet sena li żviluppat fid-dawl tas-Sinodu f’Ruma dwar l-Afrika u ż-żjara tiegħu fil-kontinent, għalih, l-2010 probabbli li se tkun qed iddur mal-Lvant Nofsani…dan fid-dawl ta’ Sinodu skedat li jiddiskuti dan ir-reġjun, li se jsir bejn l-10 u l-24 t’Ottubru. Il-Papa se jkun qed jippreżenta d-dokument ta’ ħidma għas-sinodu matul iż-żjara tiegħu bejn l-4 u s-6 ta’ Ġunju li ġej. Dan il-vjaġġ hu simboliku għal raġunijiet oħra minħabba li se jixħet dawl fuq temi ċentrali tal-pontifikat, bħad-djalogu mal-Knisja Ortodossa lokali. Din il-Knisja, mill-elezzjoni u l-ħatra ta’ Krisostmu II fl-2006, saret katalista fl-isforzi ekumeniċi, kif ukoll promotur tad-djalogu interreliġjuż mal-Islam, minħabba li l-preżenza Torka fil-gżira maqsuma.

L-analiżi tkompli….